Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE - ċittadini tal-Unjoni ***I Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-fejqan għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Aħdar Diġitali) [COM(2021)0130 - C9-0104/2021 - 2021/0068(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar;
Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE - ċittadini ta' pajjiżi terzi ***I Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-fejqan għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu legalment jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Aħdar Diġitali) [COM(2021)0140 - C9-0100/2021 - 2021/0071(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar.
Il-75 u s-76 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar il-75 u s-76 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti [2020/2128(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: María Soraya Rodríguez Ramos (A9-0173/2021).
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali ta':
Politika tal-kompetizzjoni – rapport annwali 2020 Rapport dwar il-politika tal-kompetizzjoni – rapport annwali 2020 [2020/2223(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Johan Van Overtveldt (A9-0168/2021);
Id-dimensjoni tal-ġeneru fil-politika ta' koeżjoni Rapport dwar id-dimensjoni tal-ġeneru fil-politika ta' koeżjoni [2020/2040(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Monika Vana (A9-0154/2021);
Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna Rapport dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna [2020/2273(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: César Luena (A9-0179/2021).