Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 1k
L-Erbgħa, 23 ta' Ġunju 2021 - Brussell

7. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)
Rapporti Verbatim

Il-President ħabbar id-deċiżjoni tal-Kumitat AGRI li jidħol f'negozjati interistituzzjonali f'konformità mal-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, abbażi tar-rapport li ġej:

- Kumitat AGRI: proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-estensjoni tat-terminu tad-drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità għall-ispeċijiet tal-ispraġ, u għall-gruppi tal-ispeċijiet tal-basal tal-fjuri, għall-pjanti għudin bi frott żgħir u għall-pjanti ornamentali għudin (COM(2021)0036 – C9-0010/2021 – 2021/0019(COD)) – Rapporteur: Bert-Jan Ruissen (A9-0171/2021).

F'konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada l-Ħamis 24 ta' Ġunju 2021, li d-deċiżjoni għal dħul f'negozjati jittieħed vot fuqha.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Novembru 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza