Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 21k
L-Erbgħa, 23 ta' Ġunju 2021 - Brussell

9. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) minn istituzzjonijiet oħra

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u r-Regolament (UE) Nru 537/2014, fir-rigward tar-rapportar korporattiv sostenibbli minn ċerti impriżi (COM(2021)0189 - C9-0147/2021 – 2021/0104(COD))

F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumtat Ekonomiku u Soċjali dwar din il-proposta.

F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 127(4) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Bank Ċentrali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

JURI

opinjoni:

AFET, ECON, EMPL, ENVI, ITRE, FEMM

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2021)0282 - C9-0205/2021 - 2021/0137(NLE))

irriferut

responsabbli:

EMPL

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/216 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kwota tariffarja tal-Unjoni għal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja mill-Paragwaj (COM(2021)0313 - C9-0228/2021 - 2021/0146(COD))

irriferut

responsabbli:

INTA

opinjoni:

AGRI

- L-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali tal-2021: Id-dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2020: pożizzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 2021 (09904/2021 - C9-0232/2021 - 2021/0102(BUD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom - Approvazzjoni tal-Kunsill (Artikolu 228(4) tat-TFUE) (2019/0900(APP))

irriferut

responsabbli:

AFCO

opinjoni:

PETI

2) mill-kumitati parlamentari

2.1) rapporti

- Rapport dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-UE, fil-kuntest tas-saħħa tan-nisa (2020/2215(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteur: Predrag Fred Matić (A9-0169/2021)

- Rapport dwar l-isfidi u l-opportunitajiet għas-settur tas-sajd fil-Baħar l-Iswed (2019/2159(INI)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Ivo Hristov (A9-0170/2021)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni u r-Repubblika Arġentina relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (06837/2021 - C9-0170/2021 - 2021/0054(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Jordi Cañas (A9-0175/2021)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll għall-Ftehim dwar it-trasport okkażjonali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (il-Ftehim Interbus) rigward it-trasport regolari internazzjonali u t-trasport regolari speċjali internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank (11441/2020 - C9-0027/2021 - 2020/0258(NLE)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Maria Grapini (A9-0176/2021)

- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew (COM(2020)0569 - C9-0335/2020 - 2020/0260(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Maria da Graça Carvalho (A9-0177/2021)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (COM(2020)0854 - C9-0433/2020 - 2020/0380(COD)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Pascal Arimont (A9-0178/2021)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju tat-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (05444/2021 - C9-0171/2021 - 2021/0003(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Heidi Hautala (A9-0180/2021)

- Rapport dwar is-sikurezza u s-sinjalar ferrovjarji: valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-użu tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) (2019/2191(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Izaskun Bilbao Barandica (A9-0181/2021)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (06505/2021 - C9-0181/2021 - 2021/0044(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Heidi Hautala (A9-0182/2021)

- Rapport dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Funzjonament taż-Żona Schengen (2019/2196(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Tanja Fajon (A9-0183/2021)

- Rapport dwar l-impatt tal-parks eoliċi fuq il-baħar u ta' sistemi oħra ta' enerġija rinnovabbli fuq is-settur tas-sajd (2019/2158(INI)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Peter van Dalen (A9-0184/2021)

- Rapport dwar ir-Rapporti tal-Kummissjoni 2019-2020 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina (2019/2171(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Paulo Rangel (A9-0185/2021)

- Rapport dwar l-aspetti u l-implikazzjonijiet kummerċjali tal-COVID-19 (2020/2117(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Kathleen Van Brempt (A9-0190/2021)

- Rapport dwar l-idoneità regolatorja tal-Unjoni Ewropea u s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità - rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li jkopri s-snin 2017, 2018 u 2019 (2020/2262(INI)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Mislav Kolakušić (A9-0191/2021)

- Rapport dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO fil-kuntest tar-relazzjonijiet transatlantiċi (2020/2257(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Antonio López-Istúriz White (A9-0192/2021)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-UE għall-iskambju ta' informazzjoni dwar it-taxxa: il-progress, it-tagħlimiet miksuba u l-ostakli li jridu jingħelbu (2020/2046(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Sven Giegold (A9-0193/2021)

- Rapport dwar kontinent xiħ li qed jixjieħ – possibilitajiet u sfidi relatati mal-politika dwar it-tixjiħ wara l-2020 (2020/2008(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Beata Szydło (A9-0194/2021)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi fl-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta' ċerti użi ta' antimikrobiċi (COM(2021)0108 - C9-0094/2021 - 2021/0055(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Pascal Canfin (A9-0195/2021)

- Rapport dwar ir-Rapport tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt (COM(2020)0580 - 2021/2025(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Domènec Ruiz Devesa (A9-0199/2021)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħlas transkonfinali fl-Unjoni (kodifikazzjoni) (COM(2020)0323 - C9-0204/2020 - 2020/0145(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Karen Melchior (A9-0202/2021)

2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni (06168/1/2021 - C9-0194/2021 - 2018/0197(COD)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Andrea Cozzolino (A9-0204/2021)

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern (05488/1/2021 - C9-0192/2021 - 2018/0199(COD)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Pascal Arimont (A9-0205/2021)

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (06674/1/2021 - C9-0193/2021 - 2018/0196(COD)) - Kumitat REGI - Rapporteurs: Andrey Novakov, Constanze Krehl (A9-0206/2021)

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Novembru 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza