Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 4k
L-Erbgħa, 23 ta' Ġunju 2021 - Brussell

11. Atti delegati (Artikolu 111(2) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju (C(2021)03990 - 2021/2754(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-8 ta' Ġunju 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/33 fir-rigward tal-modifika ta' termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid (C(2021)04116 - 2021/2758(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-11 ta' Ġunju 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2018/990 fir-rigward tar-rekwiżiti għal assi riċevuti minn fondi tas-suq monetarju bħala parti minn ftehimiet ta' retroriakkwist (C(2021)04143 - 2021/2764(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-15 ta' Ġunju 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-esklużjoni ta' titjiriet li jidħlu mir-Renju Unit mill-iskema tal-Unjoni għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet (C(2021)04244 - 2021/2766(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-17 ta' Ġunju 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

opinjoni: ITRE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards għall-punti tal-iċċarġjar għall-karozzi tal-linja elettriċi (C(2021)04257 - 2021/2767(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-17 ta' Ġunju 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-qafas għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari u dawk ospitanti fil-kuntest tas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' pagament u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jagħtu servizzi ta' pagament f'livell transfruntier (C(2021)04273 - 2021/2768(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Ġunju 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Novembru 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza