Mistoqsija bi tweġiba orali O-000020/2021 imressqa minn Evelyn Regner, f'isem il-Kumitat FEMM u Tomas Tobé, f'isem il-Kumitat DEVE, lill-Kunsill: Il-25 anniversarju tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD25) – is-Summit ta' Nairobi (B9-0018/2021)
Mistoqsija bi tweġiba orali O-000021/2021 imressqa minn Evelyn Regner, f'isem il-Kumitat FEMM u Tomas Tobé, f'isem il-Kumitat DEVE, lill-Kummissjoni: Il-25 anniversarju tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD25) – is-Summit ta' Nairobi (B9-0019/2021)
Evelyn Regner u Chrysoula Zacharopoulou daħlu aktar fil-fond dwar il-mistoqsijiet.
Ana Paula Zacarias (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġbet il-mistoqsija B9-0018/2021 u Jutta Urpilainen (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsija B9-0019/2021.
Interventi ta': Frances Fitzgerald f'isem il-Grupp PPE, Evin Incir f'isem il-Grupp S&D, Pierrette Herzberger-Fofana f'isem il-Grupp Verts/ALE, Sandra Pereira, f'isem il-Grupp The Left, Lefteris Christoforou, Carlos Zorrinho u Marlene Mortler.
Interventi ta': Jutta Urpilainen u Ana Paula Zacarias.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 136(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Tomas Tobé, f'isem il-Kumitat DEVE u Evelyn Regner, f'isem il-Kumitat FEMM, dwar il-25 anniversarju tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD25) (is-Summit ta' Nairobi) (2019/2850(RSP)) (B9-0365/2021);
- Christine Anderson, Annika Bruna, Nicolaus Fest u Jaak Madison, f'isem il-Grupp ID, dwar il-25 anniversarju tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD25) (is-Summit ta' Nairobi) (2019/2850(RSP)) (B9-0366/2021).