votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet (voti favur, voti kontra, astensjonijiet)
VE (..., ..., ...)
votazzjoni elettronika (voti favur, voti kontra, astensjonijiet)
Vmaq
votazzjoni maqsuma
Vsep
votazzjoni separata
Em
emenda
EmK
emenda ta' kompromess
PK
parti korrispondenti
EmT
emenda li tħassar
=
emendi identiċi
§
paragrafu
Art
Artikolu
Pre
Premessa
MOZ
mozzjoni għal riżoluzzjoni
MOZK
mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta
1/20
limitu baxx (Membru 1 minn 20)
1/10
limitu medju (Membru 1 minn 10)
1/5
limitu għoli (Membru 1 minn 5)
SIG
votazzjoni sigrieta
1. Dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi 2021–2027 ***II
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari: Andrey Novakov, Constanze Krehl (A9-0206/2021)
Suġġett
VSI, eċċ.
Votazzjoni
VSI/VE – rimarki
Approvazzjoni mingħajr votazzjoni
2. Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni 2021–2027 ***II
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari: Andrea Cozzolino (A9-0204/2021)
Suġġett
VSI, eċċ.
Votazzjoni
VSI/VE – rimarki
Approvazzjoni mingħajr votazzjoni
3. Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u mill-istrumenti ta' finanzjament estern 2021–2027 ***II
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari: Pascal Arimont (A9-0205/2021)
Suġġett
VSI, eċċ.
Votazzjoni
VSI/VE – rimarki
Approvazzjoni mingħajr votazzjoni
4. Miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO) ***I
7. Ftehim UE/Tajlandja: modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ***
8. Ftehim UE/Indoneżja: modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ***
9. Ftehim UE/Arġentina: modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ***
14. Il-faċilità ta' self għas-settur pubbliku skont il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta ***I
Rapport: Johan Van Overtveldt, Henrike Hahn (A9-0195/2020)
Suġġett
Em Nru
Awtur
VSI, eċċ.
Votazzjoni
VSI/VE – rimarki
Ftehim proviżorju
Ftehim proviżorju
2
kumitat
VSI
+
635, 35, 21
Dikjarazzjoni konġunta
3
kumitat
VSI
+
625, 39, 27
15. Kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta' ċerti użi ta' antimikrobiċi ***I
Mozzjoni għal riżoluzzjoni (Kumitat FEMM) (it-test kollu)
VSI
+
378, 255, 42
Talbiet għal votazzjoni separata
Membri:
§§ 13, 14, 15, 17, 18, 19, 21, 23, 24, 25, 26, 30, 31, 32, 37, 39, 40, 41, 42, 45, 46, 48, 49, 53, 54, 61, 63, 64, 66, 73, 75; premessi A, E, L, M, N, O, P, S, T, V, AC, AD, AH
Talbiet għal votazzjoni maqsuma
Membri:
§ 8
l-ewwel parti
"Ifakkar fil-fehmiet approvati mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, li rrakkomanda li l-kura tas-saħħa transspeċifika bħat-trattament ormonali u l-kirurġija għandha tkun aċċessibbli"
it-tieni parti
"u rimborżata minn skemi pubbliċi tal-assigurazzjoni tas-saħħa;"
§ 12
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kelma: "universali" (it-tieni okkorrenza)
it-tieni parti
din il-kelma
§ 28
l-ewwel parti
"Ifakkar li l-istereotipi u t-tabujiet li jikkonċernaw il-mestrwazzjoni għadhom mifruxa fis-soċjetajiet tagħna u li dawn jistgħu jdewmu d-dijanjożi ta' mard bħall-endometrijożi li, minkejja li taffettwa lil mara waħda minn kull 10 f'età riproduttiva, li hija l-kawża primarja tal-infertilità tan-nisa u li tikkawża uġigħ pelviku kroniku, tieħu medja ta' tmien snin biex tiġi dijanjostikata, u li għaliha m'hemmx kura;" jistieden lill-Istati Membri jiżguraw edukazzjoni komprensiva u xjentifikament preċiża dwar il-mestrwazzjoni, iqajmu kuxjenza u jniedu kampanji ta' informazzjoni ewlenin dwar l-endometrijożi mmirati lejn il-pubbliku, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-leġiżlaturi; "jistieden lill-Istati Membri jiżguraw aċċess għal programmi ta' edukazzjoni dwar il-mestrwazzjoni għat-tfal kollha, sabiex dawk li jimmestrwaw ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati dwar il-mestrwazzjonijiet u l-ġisem tagħhom;"
it-tieni parti
"jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw b'mod urġenti l-faqar mestrwali billi jiżguraw li prodotti għall-mestrwazzjoni b'xejn ikunu disponibbli għal kull min għandu bżonnhom;"
§ 33
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw aċċess universali għal abort sikur u legali"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 34
l-ewwel parti
"Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiddekriminalizzaw l-abort, kif ukoll ineħħu u jiġġieldu l-ostakli għall-abort legali, u jfakkar li għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw li n-nisa jkollhom aċċess għad-drittijiet mogħtija lilhom bil-liġi;"
it-tieni parti
"iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-metodi eżistenti u jeżaminaw metodi ġodda fl-għoti ta' kura relatata mas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati u modi kif jiġu indirizzati l-lakuni fil-provvista ta' servizzi li ħarġu fid-dieher permezz tal-COVID-19, u biex jagħmlu dan għal kulħadd, b'enfasi partikolari fuq il-gruppi l-aktar emarġinati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-protezzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttivi u d-drittijiet relatati permezz tal-Istrateġija tal-UE dwar is-Saħħa li jmiss;"
§ 35
l-ewwel parti
"Jistieden lill-Istati Membri jeżaminaw mill-ġdid id-dispożizzjonijiet legali nazzjonali tagħhom dwar l-abort u jġibuhom konformi mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u mal-aħjar prattiki reġjonali billi jiżguraw li l-abort fuq talba jkun legali fit-tqala bikrija u, meta meħtieġ, lil hinn jekk is-saħħa jew il-ħajja tal-mara tkun fil-periklu; ifakkar li projbizzjoni totali fuq il-kura f'każ ta' abort jew iċ-ċaħda tal-kura f'każ ta' abort hija forma ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru"
it-tieni parti
"u jħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu l-aħjar prattiki fil-kura tas-saħħa billi jistabbilixxu servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva disponibbli fil-livell tal-kura primarja, b'sistemi ta' riferiment fis-seħħ għall-kura kollha ta' livell ogħla meħtieġa;"
§ 36
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "jenfasizza, madankollu, li l-klawżola ta' kuxjenza ta' individwu ma tistax tinterferixxi mad-dritt ta' pazjent għal aċċess sħiħ għall-kura tas-saħħa u s-servizzi;"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 38
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "tat-tarbija"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 43
l-ewwel parti
"Ifakkar li r-reġjun Ewropew tad-WHO jippreżenta l-iktar rata baxxa ta' treddigħ fid-dinja; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar sensibilizzazzjoni u informazzjoni dwar il-benefiċċji tat-treddigħ;"
it-tieni parti
"jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jniedu kampanji ta' profil għoli biex jenfasizzaw il-benefiċċji tat-treddigħ;"
§ 47
l-ewwel parti
"Jiddispjaċih li l-aċċess għal abort sikur u legali għadu limitat matul il-pandemija tal-COVID-19, b'eżempji ta' sforzi biex jiġi pprojbit kompletament taħt il-pretensjoni li huwa servizz ta' prijorità aktar baxxa;"
it-tieni parti
"iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw ukoll aċċess sikur, liberu u aġġustat għall-abort matul iċ-ċirkostanzi tal-pandemija tal-COVID-19 u lil hinn minnha, bħall-pillola tal-abort, u jirrikonoxxu l-kura f'każ ta' abort bħala proċedura urġenti u medika, u b'hekk jirrifjutaw ukoll il-limitazzjonijiet kollha fl-aċċess għaliha;"
premessa I
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "it-tiċħid tal-kura medika abbażi tat-twemmin personali; ir-restrizzjonijiet legali u l-ostakli prattiċi fl-aċċess għal servizzi ta' abort; it-tiċħid tal-kura f'każ ta' abort;"
it-tieni parti
dan il-kliem
premessa J
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "kura u servizzi għal abort sikur u legali, inkluż trattament tal-kumplikazzjonijiet minħabba abort mhux sikur;"
it-tieni parti
dan il-kliem
premessa K
l-ewwel parti
"billi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati huma drittijiet tal-bniedem u jridu jiġu rispettati mill-Istati Membri tal-UE, bi qbil mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;"
it-tieni parti
"billi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem huwa meħtieġ biex demokrazija tiffunzjona; billi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt huma kollha interdipendenti; billi dawn il-valuri kollha tal-UE jridu jiġu rispettati bis-sħiħ mill-Istati Membri kollha tal-UE;"
premessa U
l-ewwel parti
"billi l-liġijiet dwar l-abort huma bbażati fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali;"
it-tieni parti
"billi anke meta l-abort ikun legalment disponibbli, spiss ikun hemm firxa ta' ostakli legali, kważi legali u informali għall-aċċess għalih,"
it-tielet parti
"inklużi perjodi ta' żmien limitati u r-raġunijiet li għalihom jista' jinkiseb aċċess għall-abort;
ir-raba' parti
"perjodi ta' stennija mhux ġustifikati mil-lat mediku; nuqqas ta' professjonisti tal-kura tas-saħħa mħarrġa u disposti; u t-tiċħid tal-kura medika abbażi tat-twemmin personali, counselling preġudikat u mandatorju, miżinformazzjoni intenzjonata jew awtorizzazzjoni minn parti terza, testijiet medikament mhux meħtieġa, rekwiżiti ta' diffikultà, l-ispejjeż involuti u n-nuqqas ta' rimborż tagħhom;"
18. Il-25 anniversarju tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD25) (is-Summit ta' Nairobi)
§§ 9, 11, 13, 14, 20, 38, 42; kunsiderazzjoni 16; premessi B, I, J, M, N, O, R, V, Z, AB, AH
Talbiet għal votazzjoni maqsuma
ECR:
§ 42
l-ewwel parti
"Jiddispjaċih ħafna dwar id-dikjarazzjoni konġunta magħmula mill-Istati Uniti, il-Brażil, il-Belarussja, l-Eġittu, il-Haiti, l-Ungerija, il-Libja, il-Polonja, is-Senegal, Saint Lucia, u l-Uganda fl-14 ta' Novembru 2019 dwar is-Summit ta' Nairobi, li tipprova timmina l-kunsens stabbilit u l-obbligi tagħhom dwar l-SRHR tan-nisa kif miftiehem skont il-Programm ta' Azzjoni tal-ICPD, il-Pjattaforma għal Azzjoni ta' Beijing u d-dokumenti finali tal-konferenzi ta' rieżami tagħhom;"
it-tieni parti
"jilqa' r-revoka reċenti tar-regola "Global Gag" u l-impatt li kellha fuq il-kura tas-saħħa globali u d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet; itenni t-talba tiegħu lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jindirizzaw id-defiċit finanzjarju f'dan il-qasam permezz ta' finanzjament nazzjonali u finanzjament għall-iżvilupp min-naħa tal-UE;"
PPE:
§ 1
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "bħad-disponibilità dejjem akbar ta' kontraċettivi, li tat kontroll akbar lin-nisa fuq il-fertilità jew"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 2
l-ewwel parti
"Jilqa' u jappoġġja d-Dikjarazzjoni ta' Nairobi dwar l-ICPD+25: "Accelerating the Promise", l-appell tagħha biex jiġu intensifikati l-isforzi għall-implimentazzjoni sħiħa, effettiva u aċċellerata u għall-finanzjament tal-Programm ta' Azzjoni tal-ICPD,"
it-tieni parti
"u l-objettiv tagħha li jinkiseb aċċess universali għall-SRHR bħala parti minn kopertura sanitarja universali (UHC);"
§ 3
l-ewwel parti
It-test kollu apparti: it-tieni "R" fl-akronimu "SRHR" (2 okkorrenzi)
it-tieni parti
dawn l-ittri
§ 5
l-ewwel parti
"Jafferma mill-ġdid li l-SRHR huma bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem, huma elementi essenzjali tad-dinjità tal-bniedem, u jibqgħu kruċjali biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi;"
it-tieni parti
"jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha jirrikonoxxu d-drittijiet tan-nisa u l-bniet għall-integrità fiżika u l-awtonomija fit-teħid tad-deċiżjonijiet;"
it-tielet parti
"jikkundanna l-ksur frekwenti tad-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa, inkluża ċ-ċaħda ta' aċċess għal edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità, servizzi ta' ppjanar tal-familja, kontraċettivi, kura tas-saħħa materna kif ukoll kura għal abort sikur u legali;"
ir-raba' parti
"jappella għal baġit adegwat għal dawn il-finijiet;"
§ 16
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "tal-kontraċezzjoni" u "l-abort"
it-tieni parti
"tal-kontraċezzjoni"
it-tielet parti
"l-abort"
§ 19
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "u fuq l-edukazzjoni sesswali" u "jirrikonoxxi li edukazzjoni sesswali komprensiva li tkun sensittiva għall-ġeneru u bbażata fuq il-ħiliet għall-ħajja, b'mod li jkun konsistenti mal-iżvilupp tal-kapaċitajiet, hija essenzjali biex l-adolexxenti u ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jipproteġu lilhom infushom minn tqala mhux intenzjonata u infezzjonijiet trażmessi sesswalment, inklużi l-HIV u l-AIDS, u biex jippromwovu l-valuri tat-tolleranza, ir-rispett reċiproku, il-kunsens u n-nonvjolenza fir-relazzjonijiet u jippjanaw ħajjithom;"
it-tieni parti
"u fuq l-edukazzjoni sesswali"
it-tielet parti
"jirrikonoxxi li edukazzjoni sesswali komprensiva li tkun sensittiva għall-ġeneru u bbażata fuq il-ħiliet għall-ħajja, b'mod li jkun konsistenti mal-iżvilupp tal-kapaċitajiet, hija essenzjali biex l-adolexxenti u ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jipproteġu lilhom infushom minn tqala mhux intenzjonata u infezzjonijiet trażmessi sesswalment, inklużi l-HIV u l-AIDS, u biex jippromwovu l-valuri tat-tolleranza, ir-rispett reċiproku, il-kunsens u n-nonvjolenza fir-relazzjonijiet u jippjanaw ħajjithom;"
§ 21
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "u jevitaw l-aborti perikolużi" u "kif ukoll il-kura ta' wara l-abort"
it-tieni parti
"u jevitaw l-aborti perikolużi"
it-tielet parti
"kif ukoll il-kura ta' wara l-abort"
§ 22
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "inklużi miżuri għall-prevenzjoni u l-evitar ta' aborti perikolużi, kif ukoll il-kura ta' wara l-abort,"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 24
l-ewwel parti
"Jikkundanna kull forma ta' vjolenza sessista, bħall-vjolenza fiżika, sesswali u psikoloġika u l-isfruttament, l-istupru tal-massa, it-traffikar, u l-MĠF; jinnota li l-vjolenza sessista għadha sfida mifruxa fl-Ewropa kollha u tirrikjedi risposti kkoordinati mis-setturi sanitarji, edukattivi, soċjali u legali permezz ta' miżuri ta' prevenzjoni u rispons tul il-ħajja abbażi tad-drittijiet;"
it-tieni parti
"jesprimi tħassib dwar l-attakki li għaddejjin bħalissa fuq id-drittijiet tan-nisa u l-SRHR, fosthom iċ-ċaħda tal-aċċess għal servizzi ta' ppjanar tal-familja, kontraċettivi u servizzi ta' abort sikur u legali, kif ukoll dwar il-leġiżlazzjoni f'ħafna partijiet tad-dinja li tillimita dawn id-drittijiet, inkluż fl-UE; jafferma b'mod qawwi li ċ-ċaħda tas-servizzi tal-SRHR, inkluż l-abort sikur u legali, hija forma ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet;"
§ 26
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "u jkompli jsir progress fl-aġenda tal-SRHR" u "jissottolinja, f'dan ir-rigward, li edukazzjoni komprensiva dwar ir-relazzjonijiet u s-sesswalità hija essenzjali ħalli jissaħħu l-ħiliet tat-tfal u taż-żgħażagħ biex jiffurmaw relazzjonijiet b'saħħithom, ugwali, kostruttivi, u sikuri kif ukoll li jkunu ħielsa mid-diskriminazzjoni, il-koerċizzjoni u l-vjolenza, u biex tiġi evitata l-vjolenza sesswali, sessista u dik mis-sieħeb/sieħba intimu/a;" iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha, għalhekk, jintroduċu edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet adatta għall-età għaż-żgħażagħ fl-iskejjel;"
it-tieni parti
"u jkompli jsir progress fl-aġenda tal-SRHR"
it-tielet parti
"jissottolinja, f'dan ir-rigward, li edukazzjoni komprensiva dwar ir-relazzjonijiet u s-sesswalità hija essenzjali ħalli jissaħħu l-ħiliet tat-tfal u taż-żgħażagħ biex jiffurmaw relazzjonijiet b'saħħithom, ugwali, kostruttivi, u sikuri kif ukoll li jkunu ħielsa mid-diskriminazzjoni, il-koerċizzjoni u l-vjolenza, u biex tiġi evitata l-vjolenza sesswali, sessista u dik mis-sieħeb/sieħba intimu/a; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha, għalhekk, jintroduċu edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet adatta għall-età għaż-żgħażagħ fl-iskejjel;"
§ 33
l-ewwel parti
"Jirrikonoxxi l-fatt li l-kriżijiet umanitarji jintensifikaw l-isfidi relatati mal-SRHR, li jaffettwaw b'mod partikolari lill-aktar persuni vulnerabbli fin-Nofsinhar tad-dinja;"
it-tieni parti
"ifakkar li f'żoni ta' kriżi, in-nisa u l-bniet huma partikolarment esposti għall-vjolenza sesswali, l-istupru, il-mard trażmess sesswalment, l-isfruttament sesswali u t-tqala mhux mixtieqa; jenfasizza l-importanza tal-aċċess għal servizzi tal-SRHR f'sitwazzjonijiet bħal dawn, u l-ħtieġa li l-għajnuna umanitarja tiġi adattata konsegwentement; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-SRHR fir-rispons umanitarju tagħhom, inkluż f'termini ta' taħriġ tal-atturi umanitarji u f'termini finanzjarji, peress li l-aċċess għall-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva huwa bżonn bażiku għal persuni f'żoni li jeħtieġu assistenza umanitarja;" apparti l-kliem: "jenfasizza l-importanza tal-aċċess għal servizzi tal-SRHR f'sitwazzjonijiet bħal dawn, u l-ħtieġa li l-għajnuna umanitarja tiġi adattata konsegwentement;" u t-tieni "R" fl-akronimu "SRHR"
it-tielet parti
"jenfasizza l-importanza tal-aċċess għal servizzi tal-SRHR f'sitwazzjonijiet bħal dawn, u l-ħtieġa li l-għajnuna umanitarja tiġi adattata konsegwentement;"
ir-raba' parti
it-tieni "R" fl-akronimu "SRHR"
§ 36
l-ewwel parti
"Jitlob li l-UE turi tmexxija b'saħħitha fejn jidħlu d-drittijiet tal-bniet u n-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż fl-azzjoni esterna tagħha, permezz tal-implimentazzjoni tal-GAP III ambizzjuż għall-perjodu ta' wara l-2020;"
it-tieni parti
"jistieden lill-UE, barra minn hekk, tiżgura finanzjament adegwat għall-SRHR u l-ippjanar tal-familja fil-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tagħha, speċjalment fl-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI), u biex tfassal strateġiji li jiżguraw provvista stabbli u kontinwa tas-servizzi kollha meħtieġa;"
§ 37
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 40
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: it-tieni "R" fl-akronimu "SRHR"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 44
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: it-tieni "R" fl-akronimu "SRHR" u "inkluż fir-rigward tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi"
it-tieni parti
it-tieni "R" fl-akronimu "SRHR"
it-tielet parti
"inkluż fir-rigward tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi"
§ 45
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "vinkolanti" u t-tieni "R" fl-akronimu "SRHR"
it-tieni parti
"vinkolanti"
it-tielet parti
it-tieni "R" fl-akronimu "SRHR"
premessa A
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "u d-drittijiet relatati" u t-tieni "R" fl-akronimu "SRHR"
it-tieni parti
dan il-kliem
premessa D
l-ewwel parti
"billi l-SDGs jitolbu wkoll kopertura sanitarja universali, speċifikament billi jiġi żgurat aċċess għal servizzi tal-kura tas-saħħa essenzjali u ta' kwalità u għal mediċini u vaċċini sikuri, effettivi u affordabbli għal kulħadd;"
it-tieni parti
"billi l-garanzija tal-SRHR u d-drittijiet tan-nisa, kif ukoll tal-libertà li jieħdu deċiżjonijiet dwar ġisimhom u ħajjithom, hija prekundizzjoni ċentrali biex jintlaħqu l-SDGs l-oħra;"
premessa E
l-ewwel parti
"billi l-25 anniversarju offra opportunità biex il-gvernijiet u atturi globali oħra jerġgħu jaffermaw l-impenn tagħhom favur l-aġenda tal-SRHR, peress li f'ħafna pajjiżi dawn id-drittijiet għadhom mhumiex rispettati;"
it-tieni parti
"billi l-ICPD huwa dokument universali li jrid jiġi implimentat kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll lil hinn minnha;"
premessa G
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: it-tieni "R" fl-akronimu "SRHR"
it-tieni parti
dan il-kliem
premessa S
l-ewwel parti
"billi fl-1994, il-Programm ta' Azzjoni ħeġġeġ lill-pajjiżi jagħmlu mod li r-rati ta' mortalità materna osservati fl-1990 jitnaqqsu bin-nofs sas-sena 2000 u jerġgħu jitnaqqsu bin-nofs sal-2015, u dan ikun ifisser tnaqqis ta' 75 % fil-mortalità materna; billi, minkejja li globalment il-proporzjon ta' mortalità materna naqas b'madwar 44 % mill-1995 'l hawn, u minkejja li ġie osservat progress f'kull reġjun, it-tqala fl-adolexxenti għada kontributur ewlieni għall-mortalità u l-morbożità materna u, kull sena, madwar 70 000 tifla adolexxenti qed imutu minħabba kawżi relatati mat-tqala jew il-ħlas, u l-maġġoranza l-kbira tal-imwiet materni għadhom qed iseħħu f'ambjenti bi ftit riżorsi jew minħabba diskriminazzjoni intersettorjali;"
it-tieni parti
"billi l-mortalità materna dovuta għal aborti perikolużi u r-rata ġenerali ta' mortalità materna jonqsu jekk jitneħħew ir-restrizzjonijiet legali dwar l-aċċess għall-abort;"
premessa AC
l-ewwel parti
"billi mill-2015 'l hawn, il-Faċilità ta' Finanzjament Globali ppruvat tħeġġeġ lill-gvernijiet nazzjonali jżidu l-infiq tagħhom f'konformità mal-miri tal-SDG dwar is-saħħa;"
it-tieni parti
"billi r-riintroduzzjoni u l-espansjoni tar-regola "Global Gag" kellhom impatt negattiv fuq l-aċċess tan-nisa u l-bniet għal kura tas-saħħa komprensiva, inklużi l-SRHR;"
premessa AG
l-ewwel parti
"billi l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp jinkludi l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u l-bniet kif ukoll l-emanċipazzjoni u l-protezzjoni tagħhom, bħala prinċipji fundamentali u prijoritajiet fl-oqsma kollha tal-azzjoni esterna tal-UE;"
it-tieni parti
"billi dan jenfasizza wkoll il-bżonn ta' aċċess universali għal informazzjoni u edukazzjoni komprensivi, ta' kwalità u affordabbli b'rabta mas-saħħa fil-qasam tas-sesswalità u r-riproduzzjoni – inkluża edukazzjoni sesswali komprensiva – u servizzi tal-kura tas-saħħa, u jtenni l-impenn li, tal-anqas, 20 % tal-għajnuna tal-UE tintefaq fuq l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem;
premessa AI
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: it-tieni "R" fl-akronimu "SRHR"
it-tieni parti
dan il-kliem
19. Idoneità regolatorja, sussidjarjetà u proporzjonalità - rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 2017, 2018 u 2019
It-test kollu apparti l-kliem: "iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li tintroduċi proċedura informali ta' "karta ħadra"; jenfasizza l-impenn tal-Kummissjoni li tipprevedi, fil-futur, tweġibiet aggregati fejn mill-inqas erba' parlamenti jkunu ħarġu opinjonijiet motivati u li tipprevedi flessibilità teknika fuq bażi ta' każ b'każ biex tippermetti flessibbiltà f'dak li jirrigwarda l-iskadenza ta' tmien ġimgħat sa meta l-parlamenti nazzjonali jeħtiġilhom jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom;"
it-tieni parti
dan il-kliem
Renew:
premessa P
l-ewwel parti
"billi l-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill, bħala korpi leġiżlattivi, jeħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji tal-għoti tal-kompetenzi, tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;"
it-tieni parti
"billi l-bażi għall-osservanza ta' dawn il-prinċipji hija r-rispett strett tal-kompetenzi nazzjonali, fejn il-leġiżlazzjoni tal-UE trid tiġi adattata għat-talbiet taċ-ċittadini permezz tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tagħha b'mod li jkun dejjem konsistenti mal-liġi nazzjonali, u b'hekk jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għaċ-ċittadini tal-UE;"
ID:
§ 9
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "jilqa' r-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport tat-Task Force, li skonthom hemm valur miżjud tal-UE fl-oqsma kollha eżistenti ta' attività, u l-fatt li t-task force, għalhekk, ma identifikat l-ebda kompetenza tat-Trattat jew qasam ta' politika li għandhom jiġu ddelegati mill-ġdid b'mod definittiv, b'mod sħiħ jew parzjali, lill-Istati Membri" u "timplimenta dawn il-konklużjonijiet, u"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 34
l-ewwel parti
"Jieħu nota tal-prinċipju ta' "One In, One Out" ibbażat fuq l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, li permezz tiegħu l-Kummissjoni għandha l-għan li tpaċi l-piżijiet introdotti ġodda, speċjalment għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju billi teħles lin-nies u lin-negozji minn piżijiet ekwivalenti fil-livell tal-UE fl-istess qasam ta' politika; jissottolinja li l-implimentazzjoni ta' dan l-approċċ m'għandhiex tmur kontra l-objettivi ta' regolamentazzjoni aħjar, u jenfasizza li m'għandhiex twassal għal deċiżjonijiet mekkaniċi biex tiġi revokata leġiżlazzjoni jew jitbaxxew l-istandards, u li l-għan tagħha għandu jkun li timmodernizza u tirriforma l-leġiżlazzjoni tal-UE biex tiffaċċja sfidi soċjetali ġodda;"
it-tieni parti
"jenfasizza li, filwaqt li għandhom jiġu evitati piżijiet amministrattivi addizzjonali bla bżonn fit-tfassil, it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-atti tal-UE, dan la għandu jiġi interpretat bħala deregolamentazzjoni jew "ebda regolamentazzjoni""
it-tielet parti
u lanqas ma għandu jwaqqaf lill-Istati Membri milli jżommu jew jieħdu miżuri aktar ambizzjużi u jadottaw standards soċjali, ambjentali u ta' protezzjoni tal-konsumatur ogħla f'każijiet fejn id-dritt tal-Unjoni jipprevedi biss standards minimi;"
20. Rapporti 2019-2020 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina
"Ifaħħar l-ewwel Pride ta' Sarajevo, li sar fid-9 ta' Settembru 2019, u jistenna li l-aktar restrizzjonijiet reċenti relatati mal-pandemiji ma jżommuhiex milli tkompli sseħħ fil-futur qrib;"
it-tieni parti
"ifakkar fil-ħtieġa li tijieb is-sitwazzjoni tal-persuni LGBTIQ+, li ssir prosekuzzjoni tal-vjolenza u tar-reati ta' mibegħda kontrihom, kif ukoll li tiġi promossa l-inklużjoni soċjali tagħhom u li jiġi adottat pjan ta' azzjoni rilevanti;"
§ 57
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "bħal pushbacks irrappurtati fil-fruntieri tal-Bożnija-Ħerzegovina; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmu indipendenti ta' monitoraġġ u investigazzjoni;"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 81
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "ifakkar li d-dipendenza żejda mill-faħam iddewwem tranżizzjoni lejn l-enerġija rinnovabbli li jmissha ilha li saret; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jieħdu passi biex jeliminaw b'mod gradwali l-impjanti tal-enerġija mill-faħam, mhux effiċjenti u niġġiesa;"
it-tieni parti
dan il-kliem
Verts/ALE:
§ 21
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: ", preferibbilment qabel l-elezzjonijiet ġenerali tal-2022;"
it-tieni parti
dan il-kliem
§ 47
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "jenfasizza li kien possibbli li jintlaħaq ftehim dwar l-elezzjonijiet ta' Mostar, li juri rieda politika biex jintlaħaq kompromess, u" u "preferibbilment qabel l-elezzjonijiet ġenerali tal-2022"
it-tieni parti
"jenfasizza li kien possibbli li jintlaħaq ftehim dwar l-elezzjonijiet ta' Mostar, li juri rieda politika biex jintlaħaq kompromess, u"
it-tielet parti
"preferibbilment qabel l-elezzjonijiet ġenerali tal-2022"
PPE:
emenda 15
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "vjolenti" u "bi ksur tat-trattati internazzjonali" u "f'dawk li huma l-investigazzjonijiet tiegħu fl-allegat involviment tal-aġenzija fil-ksur tad-drittijiet fundamentali; jistenna li r-rapport tal-grupp iqis bis-sħiħ ir-rapporti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u t-testimonjanzi tal-vittmi tal-vjolenza fil-fruntiera tal-UE;"