Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni Dwar il-proposta għal ċaħda tal-proposta tal-Kummissjoni u dwar il-ftehim proviżorju rigward:
Liġi Ewropea dwar il-Klima ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") [COM(2020)0080 - C9-0077/2020- 2020/0036(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Jytte Guteland (A9-0162/2020).
Impriża Konġunta għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew [COM(2020)0569 - C9-0335/2020 - 2020/0260(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Maria da Graça Carvalho (A9-0177/2021).
Rapport tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt Rapport dwar ir-Rapport tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt [2021/2025(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Domènec Ruiz Devesa (A9-0199/2021);
Is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-UE, fil-kuntest tas-saħħa tan-nisa Rapport dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-UE, fil-kuntest tas-saħħa tan-nisa [2020/2215(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Predrag Fred Matić (A9-0169/2021);
Il-25 anniversarju tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD25) (is-Summit ta' Nairobi) Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0365/2021;
Idoneità regolatorja, sussidjarjetà u proporzjonalità - rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 2017, 2018 u 2019 Rapport dwar l-idoneità regolatorja tal-Unjoni Ewropea u s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità - rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li jkopri s-snin 2017, 2018 u 2019 [2020/2262(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Mislav Kolakušić (A9-0191/2021);
Rapporti 2019-2020 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina Rapport dwar ir-Rapporti tal-Kummissjoni 2019-2020 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina [2019/2171(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Paulo Rangel (A9-0185/2021).