Il-faċilità ta' self għas-settur pubbliku skont il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilità ta' self għas-settur pubbliku skont il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta [COM(2020)0453 - C9-0153/2020 - 2020/0100(COD)] - Kumitat għall-Baġits - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Johan Van Overtveldt u Henrike Hahn (A9-0195/2020)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
FTEHIM PROVIŻORJU, DIKJARAZZJONI KONĠUNTA
Adozzjoni (P9_TA(2021)0311) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 14)
L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.
Kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta' ċerti użi ta' antimikrobiċi ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi fl-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta' ċerti użi ta' antimikrobiċi [COM(2021)0108 - C9-0094/2021- 2021/0055(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Pascal Canfin (A9-0195/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Adozzjoni kif emendata (P9_TA(2021)0312) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 15)
TALBA GĦAL RIFERIMENT LILL-KUMITAT
Approvat b'VSI (673 vot favur, 6 kontra, 12-il astensjoni)
Rapport tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt Rapport dwar ir-Rapport tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt [2021/2025(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Domènec Ruiz Devesa (A9-0199/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Adozzjoni(P9_TA(2021)0313) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 16)
Is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-UE, fil-kuntest tas-saħħa tan-nisa Rapport dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-UE, fil-kuntest tas-saħħa tan-nisa [2020/2215(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Predrag Fred Matić (A9-0169/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Adozzjoni(P9_TA(2021)0314) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 17)
Il-25 anniversarju tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD25) (is-Summit ta' Nairobi) Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0365/2021
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Adozzjoni(P9_TA(2021)0315) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 18)
(Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0366/2021 iddekadiet.)
Idoneità regolatorja, sussidjarjetà u proporzjonalità - rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 2017, 2018 u 2019 Rapport dwar l-idoneità regolatorja tal-Unjoni Ewropea u s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità - rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li jkopri s-snin 2017, 2018 u 2019 [2020/2262(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Mislav Kolakušić (A9-0191/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Adozzjoni(P9_TA(2021)0316) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 19)
Rapporti 2019-2020 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina Rapport dwar ir-Rapporti tal-Kummissjoni 2019-2020 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina [2019/2171(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Paulo Rangel (A9-0185/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Adozzjoni(P9_TA(2021)0317) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 20)