Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 1k
It-Tnejn, 5 ta' Lulju 2021 - Strasburgu

8. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)
Rapporti Verbatim

Il-President ħabbar id-deċiżjoni tal-Kumitat TRAN li jidħol f'negozjati interistituzzjonali f'konformità mal-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, abbażi tar-rapport li ġej:

- Kumitat TRAN: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1139 fir-rigward tal-kapaċità tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea li taġixxi bħala Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew(COM(2020)0577 – C9-0300/2020 – 2020/0264(COD)) – Rapporteur: Bogusław Liberadzki (A9-0217/2021).

F'konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada t-Tlieta 6 ta' Lulju 2021, li d-deċiżjoni għal dħul f'negozjati jittieħed vot fuqha.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Novembru 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza