Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 6k
It-Tnejn, 5 ta' Lulju 2021 - Strasburgu

10. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
Rapporti Verbatim

Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, mill-interruzzjoni tas-sessjoni tal-Ħamis 24 ta' Ġunju 2021 iffirma l-att li ġej, adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (00027/2021/LEX - C9-0246/2021 - 2020/0036(COD)).

Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 7 ta' Lulju 2021 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861 u (UE) 2019/817 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta' sistemi ta' informazzjoni oħra tal-UE għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (00017/2021/LEX - C9-0252/2021 - 2019/0002(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta' sistemi oħra ta' informazzjoni tal-UE għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (00016/2021/LEX - C9-0251/2021 - 2019/0001B(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta' sistemi ta' informazzjoni oħra tal-UE għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (00015/2021/LEX - C9-0250/2021 - 2019/0001A(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (00058/2021/LEX - C9-0249/2021 - 2018/0250(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (00057/2021/LEX - C9-0248/2021 - 2018/0249(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (00056/2021/LEX - C9-0247/2021 - 2018/0248(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta' miżuri li jmexxu 'l quddiem it-twettiq tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) (00051/2021/LEX - C9-0240/2021 - 2018/0138(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (00053/2021/LEX - C9-0238/2021 - 2018/0210(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (00052/2021/LEX - C9-0237/2021 - 2018/0228(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 603/2013, (UE) 2016/794, (UE) 2018/1862, (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għall-aċċess għal sistemi oħra ta' informazzjoni tal-UE għall-finijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (00045/2021/LEX - C9-0213/2021 - 2018/0152B(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (00044/2021/LEX - C9-0212/2021 - 2018/0152A(COD)).

Interventi

Sophia in 't Veld u Nicolaus Fest.

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Novembru 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza