Is-sessjoni li ġiet interrotta nhar il-Ħamis 24 ta' Ġunju 2021 tkompliet.
2. Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.04.
3. Dikjarazzjoni tal-Presidenza
Il-President għamel dikjarazzjoni fejn esprima s-solidarjetà tal-Parlament mal-poplu ta' Ċipru u mal-familji tal-erba' vittmi tan-nirien li ħakmu l-gżira ta’ Ċipru.
Huwa fakkar fil-mobilizzazzjoni rapida tar-riżorsi disponibbli minn “rescEU” fi ħdan il-qafas tal-mekkaniżmu ta' protezzjoni ċivili tal-Unjoni.
4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti
Il-Minuti tas-seduti tad-dati 23 ta' Ġunju 2021 u 24 ta' Ġunju 2021 ġew approvati.
5. Talba għat-tneħħija tal-immunità
L-awtoritajiet Ġermaniżi kompetenti ressqu talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jörg Meuthenfl-ambitu ta' proċedura ta’ investigazzjoni kontrih mill-Prosekutur Ġenerali ta' Berlin.
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.
6. Kompożizzjoni tal-Parlament
L-awtoritajiet kompetenti Portugiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' João Pimenta Lopes minflok João Ferreira bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 6 ta' Lulju 2021.
Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tiegħu.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, João Pimenta Lopes jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
7. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva mill-Gruppi ECR u ID kif ukoll mis-segretarjat tal-Membri mhux affiljati d-deċiżjonijiet li ġejjin li jimmodifikaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:
- Kumitat ECON: Lars Patrick Berg minflok Cristian Terheş
- Kumitat EMPL: Cristian Terheş minflok Anna Zalewska
- Kumitat ENVI: Annalisa Tardino
- Kumitat ENVI: Giuseppe Milazzo minflok Ryszard Antoni Legutko
- Kumitat Speċjali għall-Ġlieda kontra l-Kanċer: Angelo Ciocca
Dawn id-deċiżjonijiet jibda jkollhom effett mid-data tal-lum.
8. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar id-deċiżjoni tal-Kumitat TRAN li jidħol f'negozjati interistituzzjonali f'konformità mal-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, abbażi tar-rapport li ġej:
- Kumitat TRAN: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1139 fir-rigward tal-kapaċità tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea li taġixxi bħala Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew(COM(2020)0577 – C9-0300/2020 – 2020/0264(COD)) – Rapporteur: Bogusław Liberadzki (A9-0217/2021).
F'konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada t-Tlieta 6 ta' Lulju 2021, li d-deċiżjoni għal dħul f'negozjati jittieħed vot fuqha.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.
9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura) (azzjonijiet meħuda)
Il-President ħabbar li ma rċeviex talba minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju dwar id-deċiżjoni biex jibdew negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti ta' nhar l-Erbgħa 23 ta' Ġunju 2021 (punt 7 tal-Minuti tad-data 23.6.2021).
Il-Kumitat AGRI għalhekk seta' jibda n-negozjati wara l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
10. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, mill-interruzzjoni tas-sessjoni tal-Ħamis 24 ta' Ġunju 2021 iffirma l-att li ġej, adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (00027/2021/LEX - C9-0246/2021 - 2020/0036(COD)).
Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 7 ta' Lulju 2021 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861 u (UE) 2019/817 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta' sistemi ta' informazzjoni oħra tal-UE għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (00017/2021/LEX - C9-0252/2021 - 2019/0002(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta' sistemi oħra ta' informazzjoni tal-UE għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (00016/2021/LEX - C9-0251/2021 - 2019/0001B(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kundizzjonijiet għall-aċċess ta' sistemi ta' informazzjoni oħra tal-UE għall-finijiet tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (00015/2021/LEX - C9-0250/2021 - 2019/0001A(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (00058/2021/LEX - C9-0249/2021 - 2018/0250(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (00057/2021/LEX - C9-0248/2021 - 2018/0249(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (00056/2021/LEX - C9-0247/2021 - 2018/0248(COD));
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta' miżuri li jmexxu 'l quddiem it-twettiq tan-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) (00051/2021/LEX - C9-0240/2021 - 2018/0138(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (00053/2021/LEX - C9-0238/2021 - 2018/0210(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (00052/2021/LEX - C9-0237/2021 - 2018/0228(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 603/2013, (UE) 2016/794, (UE) 2018/1862, (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għall-aċċess għal sistemi oħra ta' informazzjoni tal-UE għall-finijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (00045/2021/LEX - C9-0213/2021 - 2018/0152B(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (00044/2021/LEX - C9-0212/2021 - 2018/0152A(COD)).
⁂
Interventi
Sophia in 't Veld u Nicolaus Fest.
11. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) minn istituzzjonijiet oħra
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2003/76/KE li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar (09399/2021 - C9-0242/2021 - 2020/0142(APP))
irriferut
responsabbli :
BUDG
opinjoni :
CONT, ITRE
- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 168/2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (09827/2021 - C9-0243/2021 - 2020/0112(APP))
irriferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
AFET, FEMM
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (2021-2026) (09172/2021 - C9-0253/2021 - 2021/0127(NLE))
irriferut
responsabbli :
PECH
opinjoni :
DEVE, BUDG
2) mill-kumitati parlamentari
2.1) rapporti
- Rapport dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2020 (2020/2124(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Pedro Silva Pereira (A9-0200/2021)
- * Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-għoti ta' kompetenzi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tiddetermina t-tifsira tat-termini użati f'ċerti dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva (COM(2020)0749 - C9-0002/2021 - 2020/0331(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0201/2021)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (COM(2020)0652 - C9-0329/2020 - 2020/0300(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Grace O'Sullivan (A9-0203/2021)
- Rapport dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – ġlieda kontra l-frodi – rapport annwali 2019 (2020/2246(INI)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Caterina Chinnici (A9-0209/2021)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2017/2397 fir-rigward tal-miżuri ta' tranżizzjoni għar-rikonoxximent ta' ċertifikati ta' pajjiżi terzi (COM(2021)0071 - C9-0026/2021 - 2021/0039(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Andris Ameriks (A9-0210/2021)
- Rapport dwar id-djalogi taċ-ċittadini u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess deċiżjonali tal-UE (2020/2201(INI)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Helmut Scholz (A9-0213/2021)
- Rapport dwar emendi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament li jikkonċernaw l-Artikoli 99, 197, 213, 214, 222, 223, 230, 235 u l-Anness V, u dwar iż-żieda ta' Artikolu 106a ġdid (2021/2048(REG)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Gabriele Bischoff (A9-0214/2021)
- Rapport dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment - rapport annwali 2019 (2020/2245(INI)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Bas Eickhout (A9-0215/2021)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi (COM(2020)0725 - C9-0365/2020 - 2020/0321(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Nicolás González Casares (A9-0216/2021)
- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2021 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 - Id-dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2020 (09904/2021 - C9-0232/2021 - 2021/0102(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Pierre Larrouturou (A9-0218/2021)
- Rapport dwar it-tfassil ta' linji gwida għall-applikazzjoni tar-reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (2021/2071(INI)) - Kumitat BUDG - Kumitat CONT - Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A9-0226/2021)
- *** Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 168/2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (09827/2021 - C9-0243/2021 - 2020/0112(APP)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Lukas Mandl (A9-0227/2021)
2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (06115/2/2021 - C9-0214/2021 - 2018/0228(COD)) - Kumitat ITRE - Kumitat TRAN - Rapporteur: Henna Virkkunen - Rapporteur: Marian-Jean Marinescu - Rapporteur: Dominique Riquet (A9-0219/2021)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (06487/2/2021 - C9-0226/2021 - 2018/0249(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Tanja Fajon (A9-0220/2021)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (06488/1/2021 - C9-0227/2021 - 2018/0250(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Monika Hohlmeier (A9-0221/2021)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 (06975/3/2021 - C9-0224/2021 - 2018/0210(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Gabriel Mato (A9-0222/2021)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta' miżuri li jmexxu 'l quddiem it-twettiq tan-network trans-Ewropew tat-trasport (10537/1/2020 - C9-0215/2021 - 2018/0138(COD)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Dominique Riquet (A9-0223/2021)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (06486/2/2021 - C9-0225/2021 - 2018/0248(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Tanja Fajon (A9-0224/2021)
12. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet li ġejjin b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlu fl-aġenda (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura):
- O-000031/2021 imressqa minn Cristian-Silviu Buşoi, f'isem il-Kumitat ITRE, lill-Kummissjoni: ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (B9-0026/2021);
- O-000033/2021 imressqa minn Karima Delli, f'isem il-Kumitat TRAN, lill-Kummissjoni: L-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 fuq is-settur tal-avjazzjoni (B9-0027/2021);
- O-000035/2021 imressqa minn Raphaël Glucksmann, f'isem il-Kumitat Speċjali dwar l-Indħil Barrani fil-Proċessi Demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-Diżinformazzjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Interferenza barranija fil-proċessi demokratiċi (B9-0025/2021);
- O-000047/2021 imressqa minn David McAllister, f'isem il-Kumitat AFET, lill-Kummissjoni: Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) (B9-0028/2021);
- O-000048/2021 imressqa minn David McAllister, f'isem il-Kumitat AFET, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) (B9-0029/2021);
- O-000049/2021 imressqa minn Lucia Ďuriš Nicholsonová, Dennis Radtke, Alicia Homs Ginel, Sylvie Brunet, France Jamet, Mounir Satouri u Sandra Pereira, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kummissjoni: Kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg deċenti fis-settur tal-avjazzjoni (B9-0030/2021).
13. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Novembru II 2020 u April 2021 huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.
14. Proposta għal att tal-Unjoni
Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-1 ta' Lulju 2021 dwar il-bidla tal-kompetenza għall-att tal-Unjoni B9-0152/2021, iddikjarata ammissibbli fil-11 ta' Frar 2021 skont l-Artikolu 47(2) tar-Regoli ta' Proċedura (punt 16 tal-Minuti tad-data 11.2.2021):
- Proposta għal att tal-Unjoni ppreżentata minn Eugen Jurzyca, Johan Van Overtveldt, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Michal Šimečka, Sirpa Pietikäinen u Ondřej Kovařík, dwar it-trasparenza tal-proċeduri ta' selezzjoni għal uffiċjali għolja tal-UE (B9-0152/2021)
Kumitat kompetenti responsabbli: JURI Kumitat għal opinjoni: LIBE
15. Ordre des travaux
L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Lulju 2021 (PE 694.731/PDOJ) tqassam. Ma ġiet proposta l-ebda emenda.
Il-President għarraf finalment li l-votazzjonijiet se jitqassmu bejn id-diversi sessjonijiet ta' votazzjoni skont l-għadd ta' emendi u l-għadd ta' talbiet għal votazzjonijiet maqsuma u separati. L-informazzjoni dwar it-tqassim tal-votazzjonijiet f'diversi sessjonijiet ta' votazzjoni se tkun disponibbli fis-sit tal-internet tal-Parlament fit-taqsima "Informazzjoni u dokumenti prijoritarji".
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
PRESIDENZA: Othmar KARAS Viċi President
16. Attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2020 - Kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment - rapport annwali 2019 (dibattitu)
Rapport dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2020 [2020/2124(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Pedro Silva Pereira (A9-0200/2021)
Rapport dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment - rapport annwali 2019 [2020/2245(INI)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Bas Eickhout (A9-0215/2021)
Pedro Silva Pereira u Bas Eickhout ippreżentaw ir-rapport.
Intervent ta': David Cormand (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat BUDG).
Interventi ta': Werner Hoyer (President tal-Bank Ewropew tal-Investiment) u Valdis Dombrovskis (Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Angelika Winzig f'isem il-Grupp PPE, Jonás Fernández f'isem il-Grupp S&D, Alin Mituța f'isem il-Grupp Renew, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, Joachim Kuhs f'isem il-Grupp ID, Eugen Jurzyca f'isem il-Grupp ECR, Dimitrios Papadimoulis, f'isem il-Grupp The Left, Enikő Győri Membru mhux affiljata, Ralf Seekatz, Maria Grapini, Luis Garicano, Ernest Urtasun, Hélène Laporte, Johan Van Overtveldt, Dorien Rookmaker, Tomáš Zdechovský, Alfred Sant, Henrike Hahn, Siegfried Mureşan u Frances Fitzgerald.
Interventi ta': Valdis Dombrovskis u Werner Hoyer.
17. L-użu ta' teknoloġiji għall-ipproċessar ta' data għall-iskop tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online (deroga temporanja mid-Direttiva 2002/58/KE) ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta' teknoloġiji minn fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għall-ipproċessar ta' data personali u data oħra għall-iskop tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali online [COM(2020)0568 - C9-0288/2020- 2020/0259(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Birgit Sippel (A9-0258/2020)
Birgit Sippel ippreżentat ir-rapport.
Intervent ta': Ylva Johansson (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Christine Anderson (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), Javier Zarzalejos f'isem il-Grupp PPE, Juan Fernando López Aguilar f'isem il-Grupp S&D, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp Renew, u Patrick Breyer f'isem il-Grupp Verts/ALE.
PRESIDENZA: Ewa KOPACZ Viċi President
Interventi ta': Jean-Lin Lacapelle f'isem il-Grupp ID, Jadwiga Wiśniewska f'isem il-Grupp ECR, Cornelia Ernst, f'isem il-Grupp The Left, Balázs Hidvéghi Membru mhux affiljat, Nathalie Colin-Oesterlé, Hilde Vautmans, Assita Kanko, Stelios Kympouropoulos u Loucas Fourlas.
18. Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura ***II (dibattitu)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1004 [06975/3/2021 - C9-0224/2021- 2018/0210(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Gabriel Mato (A9-0222/2021)
Gabriel Mato ppreżenta r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.
Interventi ta': Cláudia Monteiro de Aguiar f'isem il-Grupp PPE, Manuel Pizarro f'isem il-Grupp S&D, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp Renew, Francisco Guerreiro f'isem il-Grupp Verts/ALE, Rosanna Conte f'isem il-Grupp ID, Ladislav Ilčić, f'isem il-Grupp ECR, Chris MacManus, f'isem il-Grupp The Left, Dino Giarrusso Membru mhux affiljat, Francisco José Millán Mon, Clara Aguilera, Caroline Roose u Rosa D'Amato.
19. Kontinent xiħ li qed jixjieħ - possibilitajiet u sfidi relatati mal-politika dwar it-tixjiħ wara l-2020 (dibattitu)
Rapport dwar kontinent xiħ li qed jixjieħ - possibilitajiet u sfidi relatati mal-politika dwar it-tixjiħ wara l-2020 [2020/2008(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Beata Szydło (A9-0194/2021)
Beata Szydło ppreżentat ir-rapport.
Intervent ta': Dubravka Šuica (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Christine Anderson (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), Romana Tomc f'isem il-Grupp PPE, Milan Brglez f'isem il-Grupp S&D, Atidzhe Alieva-Veli f'isem il-Grupp Renew, Stefania Zambelli f'isem il-Grupp ID, Elżbieta Rafalska f'isem il-Grupp ECR, Marc Botenga, f'isem il-Grupp The Left, Ádám Kósa Membru mhux affiljat, Jarosław Duda, Leszek Miller, Dragoş Pîslaru, Guido Reil, Beata Szydło, Eugenia Rodríguez Palop, Antonius Manders, Agnes Jongerius, Miriam Lexmann, Robert Biedroń u Rosa Estaràs Ferragut.
20. L-impatt tal-parks eoliċi fuq il-baħar u ta' sistemi oħra ta' enerġija rinnovabbli fuq is-settur tas-sajd (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar l-impatt tal-parks eoliċi fuq il-baħar u ta' sistemi oħra ta' enerġija rinnovabbli fuq is-settur tas-sajd [2019/2158(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Peter van Dalen (A9-0184/2021)
Peter van Dalen għamel il-preżentazzjoni.
Intervent ta': Dubravka Šuica (Viċi President tal-Kummissjoni).
Rapport dwar id-djalogi maċ-Ċittadini u l-parteċipazzjoni taċ-Ċittadini fil-proċess deċiżjonali tal-UE [2020/2201(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Helmut Scholz (A9-0213/2021)
Helmut Scholz għamel il-preżentazzjoni.
PRESIDENZA: Klára DOBREV Viċi President
Intervent ta': Dubravka Šuica (Viċi President tal-Kummissjoni).
22. Aspetti u implikazzjonijiet kummerċjali tal-COVID-19 (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar aspetti u implikazzjonijiet kummerċjali tal-COVID-19 [2020/2117(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Kathleen Van Brempt (A9-0190/2021)
Kathleen Van Brempt għamlet il-preżentazzjoni.
Intervent ta': Dubravka Šuica (Viċi President tal-Kummissjoni).
Rapport dwar il-kooperazzjoni UE-NATO fil-kuntest tar-relazzjonijiet transatlantiċi [2020/2257(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Antonio López-Istúriz White (A9-0192/2021)
Antonio López-Istúriz White għamel il-preżentazzjoni.
Intervent ta': Dubravka Šuica (Viċi President tal-Kummissjoni).
24. Emendi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar emendi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament li jikkonċernaw l-Artikoli 99, 197, 213, 214, 222, 223, 230, 235 u l-Anness V, u dwar iż-żieda ta' Artikolu 106a ġdid [2021/2048(REG)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Gabriele Bischoff (A9-0214/2021)
Gabriele Bischoff għamlet il-preżentazzjoni.
Intervent ta': Dubravka Šuica (Viċi President tal-Kummissjoni).
Franssen Cindy, Joveva Irena, Kokalari Arba, Pelletier Anne-Sophie, Skyttedal Sara
⁂
Minħabba raġunijiet marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, ġiet stabbilita sistema ta' votazzjoni mill-bogħod (ara d-Deċiżjoni tal-Bureau tal-20 ta' Marzu 2020 li tikkompleta d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2004 rigward ir-regoli dwar il-votazzjonijiet). L-ismijiet tal-Membri li ħadu sehem fil-votazzjoni jinsabu fid-dokument "Riżultat tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet", anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.