Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 4k
It-Tlieta, 6 ta' Lulju 2021 - Strasburgu

22. Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS): l-ipproċessar tal-viżi ***II - Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS): il-kondizzjonijiet għall-aċċess għal sistemi oħra ta' informazzjoni tal-UE għal VIS ***II (dibattitu)
Rapporti Verbatim

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża [05950/1/2021 - C9-0198/2021- 2018/0152A(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Paulo Rangel (A9-0207/2021)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 603/2013, (UE) 2016/794, (UE) 2018/1862, (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għall-aċċess għal sistemi oħra ta' informazzjoni tal-UE għall-finijiet tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża [05951/1/2021 - C9-0199/2021- 2018/0152B(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Paulo Rangel (A9-0208/2021)

Paulo Rangel ippreżenta r-rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari.

Intervent ta': Ylva Johansson (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Juan Fernando López Aguilar f'isem il-Grupp S&D, Joachim Stanisław Brudziński f'isem il-Grupp ECR, u Clare Daly, f'isem il-Grupp The Left.

Intervent ta': Ylva Johansson.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7 tal-Minuti tad-data 7.7.2021.

Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni: punt 18 tal-Minuti tad-data 7.7.2021.

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Jannar 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza