Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2019/2196(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

A9-0183/2021

Dibattiti :

PV 06/07/2021 - 21
CRE 06/07/2021 - 21

Votazzjonijiet :

PV 07/07/2021 - 18
PV 08/07/2021 - 4
CRE 08/07/2021 - 4

Testi adottati :

P9_TA(2021)0350

Minuti
XML 22k
L-Erbgħa, 7 ta' Lulju 2021 - Strasburgu

PRESIDENZA: Othmar KARAS
Viċi President

18. Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni

Il-President qara r-riżultati tal-votazzjonijiet:

Miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar ***
Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tememnda d-Deċiżjoni 2003/76/KE li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar [09399/2021 - C9-0242/2021- 2020/0142(APP)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Johan Van Overtveldt (A9-0229/2021)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Approvazzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2021)0340)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 23)

L-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u tal-Assi tal-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar *
Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2003/77/KE li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multiannwali għall-amministrazzjoni tal-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar [COM(2020)0321 - C9-0216/2020- 2020/0143(NLE)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Johan Van Overtveldt (A9-0228/2021)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Approvazzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2021)0341)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 24)

Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS): l-ipproċessar tal-viżi***II
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża [05950/1/2021 - C9-0198/2021- 2018/0152A(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Paulo Rangel (A9-0207/2021)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament meħtieġa għall-emenda jew għaċ-ċaħda tal-pożizzjoni tal-Kunsill)

PROPOSTA GĦAL RIFJUT TAL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Rifjut
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 25)

Il-pożizzjoni tal-Kunsill b'hekk titqies approvata.

L-att propost b'hekk ġie adottat. (P9_TA(2021)0342)

Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS): il-kondizzjonijiet għall-aċċess għal sistemi oħra ta' informazzjoni tal-UE għal VIS ***II
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 603/2013, (UE) 2016/794, (UE) 2018/1862, (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għall-aċċess għal sistemi oħra ta' informazzjoni tal-UE għall-finijiet tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża [05951/1/2021 - C9-0199/2021- 2018/0152B(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Paulo Rangel (A9-0208/2021)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament meħtieġa għall-emenda jew għaċ-ċaħda tal-pożizzjoni tal-Kunsill)

PROPOSTA GĦAL RIFJUT TAL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Rifjut
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 26)

Il-pożizzjoni tal-Kunsill b'hekk titqies approvata.

L-att propost b'hekk ġie adottat. (P9_TA(2021)0343)

It-tfassil ta' linji gwida għall-applikazzjoni tar-reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni
Rapport dwar it-tfassil ta' linji gwida għall-applikazzjoni tar-reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni [2021/2071(INI)] - Kumitat għall-Baġits - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteurs: Eider Gardiazabal Rubial u Petri Sarvamaa (A9-0226/2021)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

EMENDI

Ara t-Testi adottati (P9_TA(2021)0348)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 31)

Ir-reġim globali ta' sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem (Liġi Magnitsky tal-UE)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0371/2021

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

EMENDI

Ara t-Testi adottati (P9_TA(2021)0349)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 32)

Il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri: Strument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi 2021-2027 ***II
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi [06487/2/2021 - C9-0226/2021- 2018/0249(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Tanja Fajon (A9-0220/2021)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament meħtieġa għaċ-ċaħda tal-pożizzjoni tal-Kunsill)

PROPOSTA GĦAL RIFJUT TAL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL

Rifjut
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 27)

Il-pożizzjoni tal-Kunsill b'hekk titqies approvata.

L-att propost b'hekk ġie adottat. (P9_TA(2021)0344)

Rapport Annwali dwar il-funzjonament taż-żona Schengen
rapport dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Funzjonament taż-Żona Schengen [2019/2196(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Tanja Fajon (A9-0183/2021)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

EMENDI

Ara t-Testi adottati (P9_TA(2021)0350)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 33)

Id-djalogi maċ-Ċittadini u l-parteċipazzjoni taċ-Ċittadini fil-proċess deċiżjonali tal-UE
Rapport dwar id-djalogi maċ-Ċittadini u l-parteċipazzjoni taċ-Ċittadini fil-proċess deċiżjonali tal-UE [2020/2201(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Helmut Scholz (A9-0213/2021)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P9_TA(2021)0345)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 28)

Kooperazzjoni UE-NATO fil-kuntest tar-relazzjonijiet transatlantiċi
Rapport dwar il-kooperazzjoni UE-NATO fil-kuntest tar-relazzjonijiet transatlantiċi [2020/2257(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Antonio López-Istúriz White (A9-0192/2021)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P9_TA(2021)0346)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 29)

Kontinent xiħ li qed jixjieħ - possibilitajiet u sfidi relatati mal-politika dwar it-tixjiħ wara l-2020
Rapport dwar kontinent xiħ li qed jixjieħ - possibilitajiet u sfidi relatati mal-politika dwar it-tixjiħ wara l-2020 [2020/2008(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Beata Szydło (A9-0194/2021)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI (Kumitat EMPL)

Adozzjoni (P9_TA(2021)0347)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 30)

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Novembru 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza