Il-President għarraf li l-President tal-Parlament, b'segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Kondotta tal-Membri tal-Parlament, iddeċieda li jissanzjona lil Jan Zahradil, minħabba nuqqas ta' osservanza tal-obbligi dikjarattivi stabbiliti fl-Artikolu 4(2)(g) tal-Kodiċi ta' Kondotta, moqri fid-dawl tal-Artikolu 1(a) tal-Kodiċi ta' Kondotta, flimkien mal-Artikolu 35(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Is-sanzjoni tikkonsisti fi twiddiba.
Din id-deċiżjoni ġiet innotifikata lill-Membru tal-Parlament ikkonċernat fis-7 ta' Lulju 2021.
F'konformità mal-Artikolu 177 tar-Regoli ta' Proċedura, Jan Zahradil għandu massimu ta' ġimgħatejn min-notifika tas-sanzjoni biex jagħmel appell intern kontra din id-Deċiżjoni quddiem il-Bureau.