L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi [COM(2020)0725 - C9-0365/2020 - 2020/0321(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Nicolás González Casares (A9-0216/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2021)0351) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 34)
Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 ***I Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 [COM(2020)0652 - C9-0329/2020 - 2020/0300(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Grace O'Sullivan (A9-0203/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2021)0352) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 35)
ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0370/2021
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2021)0353) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 36)
It-tfassil ta' linji gwida għall-applikazzjoni tar-reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni Rapport dwar it-tfassil ta' linji gwida għall-applikazzjoni tar-reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni [2021/2071(INI)] - Kumitat għall-Baġits - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteurs: Eider Gardiazabal Rubial u Petri Sarvamaa (A9-0226/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Adozzjoni(P9_TA(2021)0348) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 31)
Ir-reġim globali ta' sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem (Liġi Magnitsky tal-UE) Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0371/2021
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Adozzjoni(P9_TA(2021)0349) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 32)
Rapport Annwali dwar il-funzjonament taż-żona Schengen rapport dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Funzjonament taż-Żona Schengen [2019/2196(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Tanja Fajon (A9-0183/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Adozzjoni(P9_TA(2021)0350) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 33).
Interventi
- Maria Arena, biex titlob li jiġi emendat it-titolu tar-Riżoluzzjoni dwar ir-reġim globali ta' sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem (Liġi Magnitsky tal-UE) (B9-0371/2021) (il-President wieġeb li t-talba se tintbagħat lis-servizzi kompetenti u lill-President tal-Parlament);
- Grace O'Sullivan (rapporteur), biex titlob li l-kwistjoni li ġejja tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura: Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 [COM(2020)0652 - C9-0329/2020 - 2020/0300(COD)] - Kumitat ENVI.