Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 6k
Il-Ħamis, 8 ta' Lulju 2021 - Strasburgu

13. It-tieni sessjoni ta' votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali rigward:

Il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati speċjali u l-kumitat ta' inkjesta
Proposta għal deċiżjoni mressqa f'konformità mal-Artikoli 207 u 208 tar-Regoli ta' Proċedura, mill-Konferenza tal-Presidenti, dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati speċjali u l-kumitat ta' inkjesta (2021/2802(RSO)) (B9-0414/2021);

Il-każ ta' Ahmadreza Djalali fl-Iran
Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B9-0382/2021;

Hong Kong, b'mod partikolari l-każ ta' Apple Daily
Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B9-0385/2021;

Il-piena tal-mewt fl-Arabja Sawdija, b'mod partikolari l-każijiet ta' Mustafa Hashem al-Darwish u Abdullah al-Howaiti
Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B9-0392/2021;

Rieżami tal-qafas leġiżlattiv makroekonomiku
Rapport dwar ir-rieżami tal-qafas leġiżlattiv makroekonomiku għal impatt aħjar fuq l-ekonomija reali tal-Ewropa u trasparenza aħjar tat-teħid ta' deċiżjonijiet u tal-akkontabbiltà demokratika [2020/2075(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Margarida Marques (A9-0212/2021);

Is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa
Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B9-0400/2021/REV;

Ir-repressjoni tal-oppożizzjoni fit-Turkija, b'mod speċifiku tal-HDP
Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B9-0406/2021;

L-istabbiliment ta' Żoni Marini Protetti (MPAs) fl-Antartiku u l-konservazzjoni tal-bijodiversità tal-Oċean tan-Nofsinhar
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0369/2021;

Ksur tad-dritt tal-UE u tad-drittijiet taċ-ċittadini LGBTIQ fl-Ungerija b'riżultat tal-bidliet legali adottati fil-Parlament Ungeriż
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0412/2021.

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sat-15.00.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 16.30 (punt 19 tal-Minuti tad-data 8.7.2021).

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.49.)

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Novembru 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza