Drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità: estensjoni tat-terminu għal ċerti varjetajiet ***I Rapport dwar il-proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-estensjoni tat-terminu tad-drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità għall-ispeċijiet tal-ispraġ, u għall-gruppi tal-ispeċijiet tal-basal tal-fjuri, għall-pjanti għudin bi frott żgħir u għall-pjanti ornamentali għudin [COM(2021)0036 - C9-0010/2021- 2021/0019(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Bert-Jan Ruissen (A9-0171/2021).
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar it-talba għall-applikazzjoni tal-proċedura urġenti (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura):
Estensjoni tal-validità taċ-ċertifikati tas-sikurezza u tal-liċenzji tal-impriżi ferrovjarji li joperaw permezz taċ-Channel Fixed Link ***I [COM(2021)0402 - C9-0314/2021- 2021/0228(COD)] - Kumitat TRAN.
Talba għad-difiża tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Guy Verhofstadt Rapport dwar it-talba għad-difiża tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Guy Verhofstadt [2021/2030(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Angel Dzhambazki (A9-0238/2021).
Assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea * Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija") [08656/2021 - C9-0189/2021- 2018/0244(CNS)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Tomas Tobé (A9-0244/2021) L-ewwel votazzjoni saret fil-31 ta' Jannar 2019 (punt 9.8 tal-Minuti tad-data 31.1.2019);
Id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ fl-UE Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa bi qbil mal-Artikolu 227(2) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Dolors Montserrat, f'isem il-Kumitat PETI, dwar id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ fl-UE (2021/2679(RSP)) (B9-0431/2021).