Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 5k
It-Tlieta, 14 ta' Settembru 2021 - Strasburgu

6. Sessjoni ta' votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet uniċi rigward:

Lejn Trasport fl-Ilmijiet Navigabbli Interni adegwat għall-eżiġenzi futuri fl-Ewropa
Rapport “Lejn trasport fl-ilmijiet navigabbli interni adegwat għall-eżiġenzi futuri fl-Ewropa” [2021/2015(INI)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Caroline Nagtegaal (A9-0231/2021);

Lejn sħubija aktar b'saħħitha mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE
Rapport “Lejn sħubija aktar b'saħħitha mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” [2020/2120(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Stéphane Bijoux (A9-0241/2021);

Approċċ ġdid tal-istrateġija marittima għall-Atlantiku
Rapport dwar approċċ ġdid tal-istrateġija marittima għall-Atlantiku [2020/2276(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Younous Omarjee (A9-0243/2021).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet tal-emendi rigward:

Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 851/2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard [COM(2020)0726 - C9-0366/2020- 2020/0320(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Joanna Kopcińska (A9-0253/2021);

Theddid transkonfinali serju għas-saħħa ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE [COM(2020)0727 - C9-0367/2020- 2020/0322(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Véronique Trillet-Lenoir (A9-0247/2021).

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sas-14.15.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 19.00 (punt 11 tal-Minuti tad-data 14.9.2021).

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.01.)

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Frar 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza