Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 20k
L-Erbgħa, 15 ta' Settembru 2021 - Strasburgu

4. L-ewwel sessjoni ta' votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet uniċi rigward:

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2021: Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2021 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 - Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit [10945/2021 - C9-0348/2021 - 2021/0022(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Pierre Larrouturou (A9-0263/2021);

Estensjoni tal-validità taċ-ċertifikati tas-sikurezza u tal-liċenzji tal-impriżi ferrovjarji li joperaw permezz taċ-Channel Fixed Link ***I
[COM(2021)0402 - C9-0314/2021- 2021/0228(COD)] - Kumitat TRAN.

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni tal-ftehimiet proviżorji rigward:

Kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta' ċerti użi ta' antimikrobiċi ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi fl-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta' ċerti użi ta' antimikrobiċi [COM(2021)0108 - C9-0094/2021- 2021/0055(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Pascal Canfin (A9-0195/2021)
L-ewwel votazzjoni saret fl-24 ta' Ġunju 2021 u l-kwistjoni kienet ġiet riferuta lill-kumitat responsabbli f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura (punt 18 tal-Minuti tad-data 24.6.2021);

Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit [COM(2020)0854 - C9-0433/2020 - 2020/0380(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Pascal Arimont (A9-0178/2021);

Direttiva dwar il-Karta Blu tal-UE ***I
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' impjieg b'ħiliet għolja [COM(2016)0378 - C8-0213/2016 - 2016/0176(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Javier Moreno Sánchez (A8-0240/2017).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni tal-proposta għal ċaħda tal-pożizzjoni tal-Kunsill:

L-Istrument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA III) 2021-2027 ***II
Rakkomandazzjoni għat-Tieni Qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) [06604/1/2021 - C9-0352/2021- 2018/0247(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteurs: Tonino Picula u Željana Zovko (A9-0266/2021).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali rigward:

Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 851/2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard [COM(2020)0726 - C9-0366/2020- 2020/0320(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Joanna Kopcińska (A9-0253/2021);

Theddid transkonfinali serju għas-saħħa ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE [COM(2020)0727 - C9-0367/2020- 2020/0322(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Véronique Trillet-Lenoir (A9-0247/2021).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet tal-emendi rigward:

Oġġezzjoni skont l-Artikolu 111(3) tar-Regoli ta' Proċedura: Kriterji għad-deżinjazzjoni tal-antimikrobiċi li għandhom jiġu riżervati għat-trattament ta' ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat ENVI, skont l-Artikolu 111(3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tas-26 ta' Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji għad-deżinjazzjoni tal-antimikrobiċi li għandhom jiġu riżervati għat-trattament ta' ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin (C(2021)03552 - 2021/2718(DEA)) (B9-0424/2021) - Membru responsabbli Martin Häusling;

Strateġija UE-Ċina ġdida
Rapport dwar strateġija UE-Ċina ġdida [2021/2037(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Hilde Vautmans (A9-0252/2021);

Id-direzzjoni tar-relazzjonijiet politiċi bejn l-UE u r-Russja
Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar id-direzzjoni tar-relazzjonijiet politiċi bejn l-UE u r-Russja [2021/2042(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Andrius Kubilius (A9-0259/2021);

Linji gwida għall-politiki tal-impjiegi tal-Istati Membri *
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri [COM(2021)0282 - C9-0205/2021 - 2021/0137(NLE)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Lucia Ďuriš Nicholsonová (A9-0262/2021);

Kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi, drittijiet u protezzjoni soċjali għall-ħaddiema tal-pjattaformi – Forom ġodda ta' impjieg marbuta mal-iżvilupp diġitali
Rapport dwar kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi, drittijiet u protezzjoni soċjali għall-ħaddiema tal-pjattaformi – forom ġodda ta' impjieg marbuta mal-iżvilupp diġitali [2019/2186(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Sylvie Brunet (A9-0257/2021);

Sajjieda għall-futur
Rapport Sajjieda għall-futur: Nattiraw ġenerazzjoni ġdida ta' ħaddiema lejn l-industrija tas-sajd u niġġeneraw impjiegi fil-komunitajiet kostali [2019/2161(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Manuel Pizarro (A9-0230/2021);

Pjanijiet u azzjonijiet biex titħaffef tranżizzjoni lejn l-innovazzjoni mingħajr l-użu ta' annimali fir-riċerka, l-ittestjar regolatorju u l-edukazzjoni
Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta mressqa skont l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, flok il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B9-0425/2021, B9-0426/2021, B9-0427/2021, B9-0428/2021, B9-0429/2021 u B9-0432/2021 minn Benoît Lutgen u Herbert Dorfmann, f'isem il-Grupp PPE, Mohammed Chahim, Paolo De Castro u Jytte Guteland, f'isem il-Grupp S&D, Hilde Vautmans, f'isem il-Grupp Renew, Tilly Metz, Martin Häusling u Bas Eickhout, f'isem il-Grupp Verts/ALE, Zbigniew Kuźmiuk u Jadwiga Wiśniewska, f'isem il-Grupp ECR, u Anja Hazekamp, f'isem il-Grupp The Left, dwar il-pjanijiet u azzjonijiet biex titħaffef tranżizzjoni lejn innovazzjoni mingħajr l-użu ta' annimali fir-riċerka, l-ittestjar regolatorju u l-eduzzjoni (2021/2784(RSP)) (RC-B9-0425/2021).

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sas-14.15.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 19.00 (punt 12 tal-Minuti tad-data 15.9.2021).

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Jannar 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza