Il-President ħabbret li ma rċevietx talba minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju dwar id-deċiżjonijiet biex jibdew negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti ta' nhar it-Tnejn 13 ta' Settembru 2021 (punt 8 tal-Minuti tad-data 13.9.2021).
Il-Kumitati ITRE u ECON għalhekk setgħu jibdew in-negozjati wara l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura.