Ftehim għall-Faċilitazzjoni tal-Viża bejn l-UE u Cabo Verde *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika ta' Cabo Verde u tal-Unjoni Ewropea [05034/2021 - C9-0116/2021 - 2020/0319(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar (A9-0264/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
Approvazzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2021)0378) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 16)
Emenda tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/465/JHA, fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/465/JHA, fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali [COM(2021)0020 - C9-0005/2021 - 2021/0008(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jeroen Lenaers (A9-0236/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2021)0379) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 17)
TALBA GĦAL RIFERIMENT LILL-KUMITAT
Approvat b'VSI (639 vot favur, 28 kontra, 21 astensjoni)
Ordni ta' Investigazzjoni Ewropew f'materji kriminali: allinjament mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/41/UE, fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali [COM(2021)0021 - C9-0006/2021- 2021/0009(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Marina Kaljurand (A9-0237/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2021)0380) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 18)
TALBA GĦAL RIFERIMENT LILL-KUMITAT
Approvat b'VSI (658 vot favur, 8 kontra, 22 astensjoni)
Ftehim UE-Korea: ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru [05210/2021 - C9-0120/2021 - 2019/0044(NLE)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Dominique Riquet (A9-0251/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
Approvazzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2021)0381) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 19)
L-identifikazzjoni ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala qasam ġdid ta' kriminalità elenkat fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE Rapport li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-identifikazzjoni ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala qasam ġdid ta' kriminalità elenkat fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE [2021/2035(INL)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteurs: Malin Björk u Diana Riba i Giner (A9-0249/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2021)0388) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 27)
Oġġezzjoni skont l-Artikolu 111(3) tar-Regoli ta' Proċedura: Kriterji għad-deżinjazzjoni tal-antimikrobiċi li għandhom jiġu riżervati għat-trattament ta' ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0424/2021
(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Rifjut (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 20)
Strateġija UE-Ċina ġdida Rapport dwar strateġija UE-Ċina ġdida [2021/2037(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Hilde Vautmans (A9-0252/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Adozzjoni(P9_TA(2021)0382) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 21)
Id-direzzjoni tar-relazzjonijiet politiċi bejn l-UE u r-Russja Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar id-direzzjoni tar-relazzjonijiet politiċi bejn l-UE u r-Russja [2021/2042(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Andrius Kubilius (A9-0259/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
RAKKOMANDAZZJONI
Adozzjoni(P9_TA(2021)0383) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 22)
Linji gwida għall-politiki tal-impjiegi tal-Istati Membri * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri [COM(2021)0282 - C9-0205/2021 - 2021/0137(NLE)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Lucia Ďuriš Nicholsonová (A9-0262/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Approvazzjoni b'emendi(P9_TA(2021)0384) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 23)
Kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi, drittijiet u protezzjoni soċjali għall-ħaddiema tal-pjattaformi – Forom ġodda ta' impjieg marbuta mal-iżvilupp diġitali Rapport dwar kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi, drittijiet u protezzjoni soċjali għall-ħaddiema tal-pjattaformi – forom ġodda ta' impjieg marbuta mal-iżvilupp diġitali [2019/2186(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Sylvie Brunet (A9-0257/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Adozzjoni(P9_TA(2021)0385) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 24)
Sajjieda għall-futur Rapport Sajjieda għall-futur: Nattiraw ġenerazzjoni ġdida ta' ħaddiema lejn l-industrija tas-sajd u niġġeneraw impjiegi fil-komunitajiet kostali [2019/2161(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Manuel Pizarro (A9-0230/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Adozzjoni(P9_TA(2021)0386) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 25)
Pjanijiet u azzjonijiet biex titħaffef tranżizzjoni lejn l-innovazzjoni mingħajr l-użu ta' annimali fir-riċerka, l-ittestjar regolatorju u l-edukazzjoni Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B9-0425/2021
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
Adozzjoni (P9_TA(2021)0387) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 26)
Interventi
Daniel Freund (rapporteur), biex jagħmel diskors abbażi tal-Artikolu 159(4) tar-Regoli ta' Proċedura dwar ir-rapport tiegħu: It-tisħiħ tat-trasparenza u l-integrità fl-istituzzjonijiet tal-UE billi jiġi stabbilit korp tal-etika indipendenti tal-UE (A9-0260/2021). Il-votazzjoni se ssir illum.