Id-deċiżjonjiet tal-Kumitati AGRI, IMCO, LIBE, ITRE u JURI li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali tħabbru fit-18 ta' Ottubru 2021 (punt 8 tal-Minuti tad-data 18.10.2021).
Ġew imressqa żewġ talbiet għal votazzjoni fil-Parlament, skont l-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' proċedura, mill-gruppi Verts/ALE u The Left dwar id-deċiżjonijiet tal-Kumitat LIBE li ġejjin:
- Emenda tar-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma' partijiet privati, tal-ipproċessar ta' data personali mill-Europol b'appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni (2020/0349(COD));
- Emenda tar-Regolament (UE) 2018/1862 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali fir-rigward tad-dħul ta' allerti mill-Europol (2020/0350(COD)).
Il-votazzjonijiet se jsiru għada, 21 ta' Ottubru 2021, fl-ewwel sessjoni ta' votazzjoni mill-9.45 sal-11.00.
Peress li ma saret l-ebda talba għal votazzjoni dwar id-deċiżjonijiet l-oħra skont l-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura, il-kumitati kompetenti jistgħu jibdew in-negozjati wara l-iskadenza stabbilita.