Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 7k
L-Erbgħa, 20 ta' Ottubru 2021 - Strasburgu

19. It-tieni sessjoni ta' votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet tal-emendi rigward:

L-istabbiliment tal-Impriżi Konġunti fil-qafas ta' Orizzont Ewropa *
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta' Orizzont Ewropa [COM(2021)0087 - C9-0166/2021 - 2021/0048(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Maria da Graça Carvalho (A9-0246/2021);

Trasparenza tal-UE fir-rigward tal-iżvilupp, ix-xiri u d-distribuzzjoni ta' vaċċini kontra l-COVID-19

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 136(5) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Dolors Montserrat, f'isem il-Kumitat PETI, dwar it-trasparenza tal-UE fl-iżvilupp, ix-xiri u d-distribuzzjoni tal-vaċċini kontra l-COVID-19 (2021/2678(RSP)) (B9-0519/2021);

- Markus Buchheit, Jaak Madison, Joachim Kuhs u Sylvia Limmer, f'isem il-Grupp ID, dwar it-trasparenza tal-UE fl-iżvilupp, ix-xiri u d-distribuzzjoni tal-vaċċini kontra l-COVID-19 (2021/2678(RSP)) (B9-0520/2021).

Id-dibattitu sar fid-data tas-16 ta' Settembru 2021 (punt 13 tal-Minuti tad-data 16.9.2021).
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0519/2021;

Strateġija tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan
Rapport dwar strateġija tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan [2021/2006(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Maria Spyraki (A9-0277/2021);

Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima fi Glasgow, ir-Renju Unit (COP26)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0521/2021.

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali rigward:

Ir-relazzjonijiet politiċi u l-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Tajwan
Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar ir-relazzjonijiet politiċi u l-kooperazzjoni bejn l-UE u t-Tajwan [2021/2041(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Charlie Weimers (A9-0265/2021);

Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 - it-taqsimiet kollha
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 [11352/2021 - C9-0353/2021 - 2021/0227(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: Karlo Ressler u Damian Boeselager (A9-0281/2021).

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sad-21.15.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ir-riżultati tal-votazzjoni se jitħabbru għada, 21 ta' Ottubru 2021, 08.30 (punt 2 tal-Minuti tad-data 21.10.2021).

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 20.01.)

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Frar 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza