Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 2k
L-Erbgħa, 24 ta' Novembru 2021 - Strasburgu

2. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura) (azzjonijiet meħuda)
Rapporti Verbatim

Id-deċiżjonijiet tal-Kumitati EMPL u CULT li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali tħabbru fid-data 22 ta' Novembru 2021 (punt 7 tal-Minuti tad-data 22.11.2021).

Saret talba lill-Parlament minn Membri skont l-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar id-deċiżjoni tal-Kumitat EMPL.

Il-votazzjoni se ssir għada, 25 ta' Novembru 2021.

Billi ma saret l-ebda talba dwar id-deċiżjoni tal-Kumitat CULT skont l-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura, dan seta' jibda n-negozjati wara l-iskadenza stipulata.

Intervent ta': Pierre Larrouturou (rapporteur), biex jagħmel diskors abbażi tal-Artikolu 159(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar ir-rapporti Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2021: Appoġġ umanitarju għar-rifuġjati fit-Turkija (A9-0327/2021) u Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2021: Dożi addizzjonali tal-vaċċin għall-pajjiżi b'introjtu baxx jew medju inferjuri, it-tisħiħ tal-UCPM u aġġustamenti oħra għan-nefqa u d-dħul tiegħu (A9-0329/2021).

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Frar 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza