Indiċi 
Minuti
XML 136kPDF 282kWORD 78k
It-Tnejn, 13 ta' Diċembru 2021 - Strasburgu
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Ftuħ tas-seduta
 3.Dikjarazzjoni tal-Presidenza
 4.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti
 5.Kompożizzjoni tal-Parlament
 6.Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
 7.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 8.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)
 9.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
 10.Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 11.Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
 12.Dokumenti mressqa
 13.Ordni tal-ħidma
 14.It-30 anniversarju mix-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika u l-importanza tiegħu għall-futur tar-Russja u l-Ewropa (dibattitu)
 15.Il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru: il-vjolenza ċibernetika (dibattitu)
 16.Sessjoni ta' votazzjonijiet
 17.Il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru: il-vjolenza ċibernetika (tkomplija tad-dibattitu)
 18.L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2018-2020 (dibattitu)
 19.Valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa ***II (dibattitu)
 20.L-impatt tal-kriminalità organizzata fuq ir-riżorsi proprji tal-UE u fuq l-użu ħażin tal-fondi tal-UE (preżentazzjoni qasira)
 21.L-evitar tal-korruzzjoni, l-infiq irregolari u l-użu ħażin tal-fondi tal-UE u nazzjonali f'każ ta' fondi ta' emerġenza u oqsma ta' nfiq relatati mal-kriżi (preżentazzjoni qasira)
 22.L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (preżentazzjoni qasira)
 23.Sfidi u prospettivi għas-sistemi multilaterali ta' kontroll tal-armi ta' qerda massiva u ta' diżarm (preżentazzjoni qasira)
 24.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 25.Spjegazzjonijiet tal-vot
 26.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 27.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 28.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: David Maria SASSOLI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Is-sessjoni li ġiet interrotta nhar il-Ħamis 25 ta' Novembru 2021 tkompliet.


2. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.03.


3. Dikjarazzjoni tal-Presidenza

Il-President għamel dikjarazzjoni fejn irrefera għall-attakk terroristiku li laqat il-belt ta' Strasburgu fil-11 ta' Diċembru 2018. Huwa fakkar fid-dmir li niddefendu l-valuri u l-libertajiet li jikkostitwixxu l-pedament tas-soċjetà plurali, diversa u inklużiva tagħna.

Il-Parlament osserva minuta silenzju bħala tifkira tal-vittmi.


4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti

Il-Minuti tas-seduti tad-dati 23, 24, 25 u 26 ta' Novembru 2021 ġew approvati.


5. Kompożizzjoni tal-Parlament

Johan Danielsson ħabbar il-ħatra tiegħu bħala Ministru għad-Djar u Viċi Ministru għall-Impjiegi fil-gvern Żvediż.

Il-Parlament jinnota li, skont l-Artikolu 7(1), tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, din il-kariga hija inkompatibbli mal-kwalità ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
Skont l-Artikolu 3(2), subparagrafu 2, u l-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota tal-vakanza tas-siġġu li tiddekorri mid-data 30 ta' Novembru 2021.

Evelyne Gebhardt avżat bil-miktub bir-riżenja tagħha minn Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 2 ta' Frar 2022.

Bi qbil mal-Artikolu 4(1), (2) u (6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.

L-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Karsten Lucke minflok Norbert Neuser bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 11 ta' Jannar 2022.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tiegħu.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Karsten Lucke jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


6. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi

Michal Wiezik ma baqax membru tal-Grupp PPE u ngħaqad mal-Grupp Renew b'effett li jiddekorri mid-data 8 ta' Diċembru 2021.

Dorien Rookmaker m'għadhiex tieħu postu mal-Membri mhux affiljati u ngħaqdet mal-Grupp ECR b'effett li jiddekorri mid-data 8 ta' Diċembru 2021.


7. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-Gruppi S&D, Renew u ID ikkomunikaw lill-President id-deċiżjonijiet li ġejjin li jimmodifikaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:

Kumitat għall-Affarijiet Barranin: Jörg Meuthen minflok Maximilian Krah

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit: Michal Wiezik minflok Martina Dlabajová

Kumitat għall-Petizzjonijiet: Monica Semedo ma baqax membru

Delegazzjoni għall-kooperazzjoni tat-Tramuntana u għar-relazzjonijiet mal-Iżvizzera u n-Norveġja u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Iżlanda u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE): Erik Bergkvist

Dawn id-deċiżjonijiet jibda jkollhom effett mid-data tal-lum.


8. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Kumitati ECON u PECH iddeċidew li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali skont l-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, abbażi tar-rapporti segwenti:

- Kumitat ECON: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014 (COM(2020)0595 – C9-0304/2020 – 2020/0266(COD)) – Rapporteur: Billy Kelleher (A9-0341/2021);

- Kumitat ECON: Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/43/KE, 2009/65/KE, 2009/138/UE, 2011/61/UE, UE/2013/36, 2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u UE/2016/2341 (COM(2020)0596 – C9-0303/2020 – 2020/0268(COD)) – Rapporteur: Mikuláš Peksa (A9-0340/2021);

- Kumitat PECH: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona ta' Kompetenza tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 (COM(2021)0113 – C9-0095/2021 – 2021/0058(COD)) – Rapporteur: Gabriel Mato (A9-0312/2021).

Jista' jintalab li jittieħed vot fuq dawn id-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura qabel nofsillejl ta' għada, 14 ta' Diċembru 2021.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.


9. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President tal-Parlament ipproċeda, flimkien mal-President tal-Kunsill, mill-interruzzjoni tas-sessjoni tad-data 25 ta' Novembru 2021, għall-iffirmar tal-atti segwenti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (00064/2021/LEX - C9-0444/2021 - 2018/0216(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (00065/2021/LEX - C9-0442/2021 - 2018/0217(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (00066/2021/LEX - C9-0443/2021 - 2018/0218(COD)).

Il-President tal-Parlament ipproċeda, flimkien mal-President tal-Kunsill, fid-data 15 ta' Diċembru 2021, għall-iffirmar tal-atti segwenti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 (00061/2021/LEX - C9-0459/2021 - 2016/0131(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2015/848 dwar proċedimenti ta' insolvenza biex jiġu sostitwiti l-Annessi A u B tiegħu (00073/2021/LEX - C9-0460/2021 - 2021/0118(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 fir-rigward tal-estensjoni tal-arranġament tranżitorju għall-kumpaniji tal-maniġment, il-kumpaniji ta' investiment u l-persuni li jagħtu pariri dwar unitajiet ta' impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) u mhux UCITS jew li jbigħuhom (00071/2021/LEX - C9-0462/2021 - 2021/0215(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE fir-rigward tal-użu ta' dokumenti bl-informazzjoni ewlenija mill-kumpaniji maniġerjali tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (00072/2021/LEX - C9-0463/2021 - 2021/0219(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1091 fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (00070/2021/LEX - C9-0464/2021 - 2021/0270(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE (00080/2021/LEX - C9-0452/2021 - 2018/0018(COD)).


10. Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjoni parzjali ta' Mejju u Lulju 2021 hija disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.


11. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet li ġejjin b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlu fl-aġenda (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura):

- O-000072/2021 imressqa minn Anna Cavazzini, f'isem il-Kumitat IMCO, lill-Kummissjoni: Ostakli għall-moviment liberu tal-merkanzija (B9-0043/2021);

- O-000073/2021 imressqa minn Bernd Lange, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: L-implimentazzjoni tal-iskema ta' ċertifikazzjoni Kimberley Process (B9-0044/2021);

- O-000074/2021 imressqa minn Evelyn Regner, f'isem il-Kumitat FEMM, lill-Kummissjoni: MeToo u l-fastidju – il-konsegwenzi għall-istituzzjonijiet tal-UE (B9-0045/2021).


12. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) minn istituzzjonijiet oħra

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri kontra operaturi tat-trasport li jiffaċilitaw jew jinvolvu ruħhom fit-traffikar ta' persuni jew fil-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin ta' migranti b'rabta mad-dħul illegali fit-territorju tal-Unjoni Ewropea (COM(2021)0753 - C9-0431/2021 - 2021/0387(COD))
F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

TRAN

opinjoni :

LIBE

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku (COM(2021)0731 - C9-0433/2021 - 2021/0381(COD))
F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

IMCO

opinjoni :

CULT, JURI, LIBE, AFCO

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan l-Unjoni d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (kodifikazzjoni) (COM(2021)0769 - C9-0453/2021 - 2021/0400(COD))
F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

JURI

- Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tar-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud - Approċċ ġenerali (14754/2021 - C9-0456/2021 - 2018/0005(CNS))

irriferut

responsabbli :

ECON

2) mill-kumitati parlamentari

2.1) rapporti

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, u tħassir tad-Direttiva (UE) 2016/1148 (COM(2020)0823 - C9-0422/2020 - 2020/0359(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Bart Groothuis (A9-0313/2021)

- Rapport dwar l-evalwazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni biex jiġu evitati l-korruzzjoni, l-infiq irregolari u l-użu ħażin tal-fondi tal-UE u nazzjonali f'każ ta' fondi ta' emerġenza u oqsma ta' nfiq relatati mal-kriżi (2020/2222(INI)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Michèle Rivasi (A9-0320/2021)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (2021/2077(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Seán Kelly (A9-0321/2021)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 (COM(2021)0634 - C9-0379/2021 - 2021/0328(COD)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Sabine Verheyen (A9-0322/2021)

- Rapport dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2020 (2021/2019(INI)) - Kumitat PETI - Rapporteur: Gheorghe Falcă (A9-0323/2021)

- Rapport dwar l-isfidi u l-prospettivi għas-sistemi multilaterali ta' kontroll tal-armi ta' qerda massiva u ta' diżarm (2020/2001(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Sven Mikser (A9-0324/2021)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea (COM(2020)0682 - C9-0337/2020 - 2020/0310(COD)) - Kumitat EMPL - Rapporteurs: Dennis Radtke, Agnes Jongerius (A9-0325/2021)

- Rapport dwar orjentazzjonijiet ġodda għall-azzjoni umanitarja tal-UE (2021/2163(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Norbert Neuser (A9-0328/2021)

- Rapport dwar l-impatt tal-kriminalità organizzata fuq ir-riżorsi proprji tal-UE u fuq l-użu ħażin tal-fondi tal-UE b'enfasi partikolari fuq il-ġestjoni kondiviża minn perspettiva ta' awditjar u kontroll (2020/2221(INI)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Tomáš Zdechovský (A9-0330/2021)

- Rapport dwar id-demokrazija fil-post tax-xogħol: qafas Ewropew għad-drittijiet ta' parteċipazzjoni tal-impjegati u r-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet (2021/2005(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Gabriele Bischoff (A9-0331/2021)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (COM(2020)0842 - C9-0419/2020 - 2020/0374(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Andreas Schwab (A9-0332/2021)

- ***I Rapport proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/216 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kwota tariffarja tal-Unjoni għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja mill-Paragwaj (COM(2021)0313 - C9-0228/2021 - 2021/0146(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Jordi Cañas (A9-0333/2021)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha (06385/2021 - C9-0368/2021 - 2010/0112(NLE)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Maria Grapini (A9-0335/2021)

- ***I It-tieni rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi (COM(2016)0034 - C8-0018/2016 - 2012/0060(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Daniel Caspary (A9-0337/2021)

- Rapport b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru: il-vjolenza ċibernetika (2020/2035(INL)) - Kumitat LIBE - Kumitat FEMM - Rapporteur: Sylwia Spurek - Rapporteur: Elissavet Vozemberg-Vrionidi (A9-0338/2021)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/43/KE, 2009/65/KE, 2009/138/UE, 2011/61/UE, UE/2013/36, 2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u (UE) 2016/2341 (COM(2020)0596 - C9-0303/2020 - 2020/0268(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Mikuláš Peksa (A9-0340/2021)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014 (COM(2020)0595 - C9-0304/2020 - 2020/0266(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Billy Kelleher (A9-0341/2021)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Kroazja b'rabta mas-sensiela ta' terremoti li bdew fit-28 ta' Diċembru 2020 (COM(2021)0963 - C9-0403/2021 - 2021/0359(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Karlo Ressler (A9-0343/2021)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni minn Spanja – EGF/2021/004 ES/Aragón automotive (COM(2021)0683 - C9-0404/2021 - 2021/0356(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Esteban González Pons (A9-0344/2021)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Italja – EGF/2021/003 IT Porto Canale (COM(2021)0935 - C9-0399/2021 - 2021/0337(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Janusz Lewandowski (A9-0345/2021)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Italja – EGF/2021/002 IT/Air Italy (COM(2021)0936 - C9-0400/2021 - 2021/0338(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Janusz Lewandowski (A9-0346/2021)

- * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 609/2014 sabiex tittejjeb il-prevedibbiltà għall-Istati Membri u biex jiġu ċċarati l-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim meta jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u d-DNG (COM(2021)0327 - C9-0257/2021 - 2021/0161(NLE)) - Kumitat BUDG - Rapporteurs: José Manuel Fernandes, Valérie Hayer (A9-0347/2021)

2.2) rakkomandazzjoni għat-tieni qari

- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE (10531/3/2021 - C9-0422/2021 - 2018/0018(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Tiemo Wölken (A9-0334/2021)


13. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji tad-dati ta' Diċembru 2021(PE 702.619/PDOJ) tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Membri, u li għalih ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):

Il-President għarraf li rċieva talba għall-applikazzjoni tal-proċedura urġenti (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura) fir-rigward tal-fajl leġiżlattiv li ġej:

- Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċertu apparat mediku dijanjostiku in vitro u applikazzjoni differita tar-rekwiżiti għall-apparat intern (COM(2021)0627 - C9-0381/2021- 2021/0323(COD)) (punt 103 tal-PDOJ).

Din it-talba se tkun sottoposta għal vot waqt is-sessjoni ta' votazzjoni tal-lum.

Barra minn hekk, il-President informa li ebda proposta ta' rifjut u ebda emenda ma tressqu skont l-Artikoli 67 u 68 tar-Regoli ta' Proċedura rigward il-pożizzjonijiet tal-Kunsill fl-ewwel qari hawn taħt:

- Valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa (punt 140 tal-PDOJ).

Għalhekk il-votazzjoni dwar l-emendi għar-rakkomandazzjoni għat-tieni qari prevista għas-sessjoni ta' votazzjoni tat-Tlieta m'għadhiex meħtieġa.

Il-votazzjonijiet se jitqassmu bejn id-diversi sessjonijiet ta' votazzjoni skont l-għadd ta' emendi u l-għadd ta' talbiet għal votazzjonijiet maqsuma u separati. L-informazzjoni dwar it-tqassim tal-votazzjonijiet f'diversi sessjonijiet ta' votazzjoni se tkun disponibbli fis-sit tal-internet tal-Parlament fit-taqsima "Informazzjoni u dokumenti prijoritarji".

Il-Parlament approva l-modifiki.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Intervent ta': Joachim Kuhs.


14. It-30 anniversarju mix-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika u l-importanza tiegħu għall-futur tar-Russja u l-Ewropa (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew: It-30 anniversarju mix-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika u l-importanza tiegħu għall-futur tar-Russja u l-Ewropa (2021/2995(RSP))

Il-President għamel id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Rasa Juknevičienė f'isem il-Grupp PPE, Juozas Olekas f'isem il-Grupp S&D, Bernard Guetta f'isem il-Grupp Renew, Sergey Lagodinsky f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nicolaus Fest f'isem il-Grupp ID, Anna Fotyga f'isem il-Grupp ECR, Martin Schirdewan, f'isem il-Grupp The Left, u Kostas Papadakis Membru mhux affiljat.

Id-dibattitu ngħalaq.


PRESIDENZA: Marcel KOLAJA
Viċi President

15. Il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru: il-vjolenza ċibernetika (dibattitu)

Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru: il-vjolenza ċibernetika [2020/2035(INL)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteures: Elissavet Vozemberg-Vrionidi u Sylwia Spurek (A9-0338/2021)

Elissavet Vozemberg-Vrionidi u Sylwia Spurek ippreżentaw ir-rapport.

Intervent ta': Helena Dalli (membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Maria Walsh f'isem il-Grupp PPE, Maria Noichl f'isem il-Grupp S&D, María Soraya Rodríguez Ramos f'isem il-Grupp Renew, Gwendoline Delbos-Corfield f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nicolaus Fest f'isem il-Grupp ID, Jadwiga Wiśniewska f'isem il-Grupp ECR, Anne-Sophie Pelletier, f'isem il-Grupp The Left, Lívia Járóka Membru mhux affiljata, Frances Fitzgerald, Juan Fernando López Aguilar, Yana Toom, Alexandra Geese u Isabella Tovaglieri.

PRESIDENZA: Lívia JÁRÓKA
Viċi President

Interventi ta': Ladislav Ilčić, Elena Kountoura, Rosa Estaràs Ferragut, Evin Incir u Samira Rafaela.

(Tkomplija tad-dibattitu: punt 17 tal-Minuti tad-data 13.12.2021)


16. Sessjoni ta' votazzjonijiet

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar it-talba għall-applikazzjoni tal-proċedura urġenti (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura)::

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għal ċertu apparat mediku dijanjostiku in vitro u applikazzjoni differita tar-rekwiżiti għall-apparat intern ***I
[COM(2021)0627 - C9-0381/2021- 2021/0323(COD)] - Kumitat ENVI.

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet tal-emendi rigward:

Il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru: il-vjolenza ċibernetika
Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru: il-vjolenza ċibernetika [2020/2035(INL)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteures: Elissavet Vozemberg-Vrionidi u Sylwia Spurek (A9-0338/2021).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet uniċi rigward:

Kwota tariffarja tal-Unjoni għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja mill-Paragwaj ***I
Rapport proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/216 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kwota tariffarja tal-Unjoni għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja mill-Paragwaj [COM(2021)0313 - C9-0228/2021 - 2021/0146(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Jordi Cañas (A9-0333/2021).

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sa 19.45.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ir-riżultati tal-votazzjoni se jitħabbru għada, 14 ta' Diċembru 2021, 09.00 (punt 2 tal-Minuti tad-data 14.12.2021).


17. Il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru: il-vjolenza ċibernetika (tkomplija tad-dibattitu)

Rapport b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru: il-vjolenza ċibernetika [2020/2035(INL)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteures: Elissavet Vozemberg-Vrionidi u Sylwia Spurek (A9-0338/2021)

(Bidu tad-dibattitu: punt 15 tal-Minuti tad-data 13.12.2021)

Interventi ta': Kim Van Sparrentak, Mathilde Androuët, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Maria-Manuel Leitão-Marques, Ramona Strugariu, Pina Picierno, Ivars Ijabs, Łukasz Kohut u Evelyn Regner.

Intervent ta': Helena Dalli (membru tal-Kummissjoni).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 16 tal-Minuti tad-data 13.12.2021 (emendi); punt 7 tal-Minuti tad-data 14.12.2021 (votazzjoni finali).

Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni: punt 2 tal-Minuti tad-data 14.12.2021 (emendi); punt 15 tal-Minuti tad-data 14.12.2021 (votazzjoni finali).


18. L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2018-2020 (dibattitu)

Rapport dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2018-2020 [2021/2020(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Sandra Pereira (A9-0315/2021)

Sandra Pereira ppreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Helena Dalli (membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Aušra Maldeikienė f'isem il-Grupp PPE, Heléne Fritzon f'isem il-Grupp S&D, Karen Melchior f'isem il-Grupp Renew, Gwendoline Delbos-Corfield f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nicolaus Fest f'isem il-Grupp ID, Eugenia Rodríguez Palop, f'isem il-Grupp The Left, Michiel Hoogeveen f'isem il-Grupp ECR, Frances Fitzgerald u Evelyn Regner.

PRESIDENZA: Heidi HAUTALA
Viċi President

Interventi ta': Irène Tolleret, Pierrette Herzberger-Fofana, Annika Bruna, Assita Kanko, Lívia Járóka, Rosa Estaràs Ferragut, Maria-Manuel Leitão-Marques, Beata Mazurek, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Predrag Fred Matić, Dominik Tarczyński, Nathalie Colin-Oesterlé, Vera Tax, Ljudmila Novak u Loucas Fourlas.

Interventi ta': Helena Dalli u Sandra Pereira.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7 tal-Minuti tad-data 14.12.2021 (emendi); punt 10 tal-Minuti tad-data 15.12.2021 (votazzjoni finali).

Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni: punt 15 tal-Minuti tad-data 14.12.2021 (emendi); punt 17 tal-Minuti tad-data 15.12.2021 (votazzjoni finali).


19. Valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa ***II (dibattitu)

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE [10531/3/2021 - C9-0422/2021 - 2018/0018(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Tiemo Wölken (A9-0334/2021)

Tiemo Wölken ippreżenta r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.

Intervent ta': Stella Kyriakides (membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Nathalie Colin-Oesterlé f'isem il-Grupp PPE, Jytte Guteland f'isem il-Grupp S&D, Véronique Trillet-Lenoir f'isem il-Grupp Renew, Michèle Rivasi f'isem il-Grupp Verts/ALE, Markus Buchheit f'isem il-Grupp ID, Joanna Kopcińska f'isem il-Grupp ECR, Peter Liese, Sara Cerdas, Nicolae Ştefănuță, Tilly Metz, Liudas Mažylis, Nicolás González Casares u Alessandra Moretti.

Interventi ta': Stella Kyriakides u Tiemo Wölken.

Id-dibattitu ngħalaq.

Il-President informa li ebda proposta ta' rifjut u ebda emenda ma tressqu skont l-Artikoli 67 u 68 tar-Regoli ta' Proċedura rigward il-pożizzjonijiet tal-Kunsill fl-ewwel qari.

Il-pożizzjoni tal-Kunsill b'hekk titqies approvata.

L-att propost għalhekk jitqies adottat. (P9_TA(2021)0484).

(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 1)


20. L-impatt tal-kriminalità organizzata fuq ir-riżorsi proprji tal-UE u fuq l-użu ħażin tal-fondi tal-UE (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-impatt tal-kriminalità organizzata fuq ir-riżorsi proprji tal-UE u fuq l-użu ħażin tal-fondi tal-UE b'enfasi partikolari fuq il-ġestjoni kondiviża minn perspettiva ta' awditjar u kontroll [2020/2221(INI)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Tomáš Zdechovský (A9-0330/2021)

Monika Hohlmeier (li tissostitwixxi r-rapporteur) għamlet il-preżentazzjoni.

Intervent ta': Stella Kyriakides (membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 10 tal-Minuti tad-data 15.12.2021.

Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni: punt 17 tal-Minuti tad-data 15.12.2021.


21. L-evitar tal-korruzzjoni, l-infiq irregolari u l-użu ħażin tal-fondi tal-UE u nazzjonali f'każ ta' fondi ta' emerġenza u oqsma ta' nfiq relatati mal-kriżi (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-evalwazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni biex jiġu evitati l-korruzzjoni, l-infiq irregolari u l-użu ħażin tal-fondi tal-UE u nazzjonali f'każ ta' fondi ta' emerġenza u oqsma ta' nfiq relatati mal-kriżi [2020/2222(INI)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Michèle Rivasi (A9-0320/2021)

Michèle Rivasi għamlet il-preżentazzjoni.

Intervent ta': Stella Kyriakides (membru tal-Kummissjoni).

PRESIDENZA: Nicola BEER
Viċi President

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 10 tal-Minuti tad-data 15.12.2021.

Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni: punt 17 tal-Minuti tad-data 15.12.2021.


22. L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija [2021/2077(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Seán Kelly (A9-0321/2021)

Seán Kelly għamel il-preżentazzjoni.

Intervent ta': Stella Kyriakides (membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 7 tal-Minuti tad-data 14.12.2021 (emendi); punt 10 tal-Minuti tad-data 15.12.2021 (votazzjoni finali).

Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni: punt 15 tal-Minuti tad-data 14.12.2021 (emendi); punt 17 tal-Minuti tad-data 15.12.2021 (votazzjoni finali).


23. Sfidi u prospettivi għas-sistemi multilaterali ta' kontroll tal-armi ta' qerda massiva u ta' diżarm (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-isfidi u l-prospettivi għas-sistemi multilaterali ta' kontroll tal-armi ta' qerda massiva u ta' diżarm [2020/2001(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Sven Mikser (A9-0324/2021)

Sven Mikser għamel il-preżentazzjoni.

Intervent ta': Stella Kyriakides (membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 7 tal-Minuti tad-data 14.12.2021 (emendi); punt 10 tal-Minuti tad-data 15.12.2021 (votazzjoni finali).

Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni: punt 15 tal-Minuti tad-data 14.12.2021 (emendi); punt 17 tal-Minuti tad-data 15.12.2021 (votazzjoni finali).


24. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 172 tar-Regoli ta' Proċedura:

Fulvio Martusciello, Vlad-Marius Botoş, Maxette Pirbakas, Michiel Hoogeveen, João Pimenta Lopes, Michaela Šojdrová, Billy Kelleher, Charlie Weimers, Sandra Pereira, Eugen Tomac, José Gusmão, Peter Pollák, Clare Daly u Mick Wallace.


25. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 194 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-internet tal-Parlament.

B'mod eċċezzjonali ġew aċċettati spjegazzjonijiet tal-vot ta' tul massimu ta' 400 kelma.


26. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jinsabu fid-dokument “Riżultati tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet”, anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament. Huma indikati għal skopijiet ta' informazzjoni biss u ma jbiddlu bl-ebda mod ir-riżultat tal-votazzjoni kif imħabbra fil-plenarja.

Id-dokument jiġi aġġornat regolarment tul perjodu massimu ta' ġimagħtejn wara s-sessjoni parzjali.

Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-lista tal-korrezzjonijiet għall-voti u tal-intenzjonijiet tal-vot tingħalaq sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.


27. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 702.619/OJMA).


28. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 21.30.

Klaus Welle

Roberta Metsola

Segretarju Ġenerali

President f.f.


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Ademov Asim, Adinolfi Isabella, Adinolfi Matteo, Agius Saliba Alex, Aguilar Mazaly, Aguilera Clara, Alametsä Alviina, Alexandrov Yordanov Alexander, Alfonsi François, Alieva-Veli Atidzhe, Andresen Rasmus, Andrews Barry, Andrieu Eric, Angel Marc, Annemans Gerolf, Ansip Andrus, Arena Maria, Arias Echeverría Pablo, Arłukowicz Bartosz, Auštrevičius Petras, Avram Carmen, Azmani Malik, Balt Marek Paweł, Bartolo Pietro, Băsescu Traian, Basso Alessandra, Bauzá Díaz José Ramón, Beck Gunnar, Beer Nicola, Beghin Tiziana, Beigneux Aurélia, Benifei Brando, Benjumea Benjumea Isabel, Berg Lars Patrick, Berger Stefan, Bernhuber Alexander, Bielan Adam, Bijoux Stéphane, Bilbao Barandica Izaskun, Bilčík Vladimír, Bilde Dominique, Bischoff Gabriele, Biteau Benoît, Bizzotto Mara, Blaško Hynek, Blinkevičiūtė Vilija, Bloss Michael, Bocskor Andrea, Bogovič Franc, Bonafè Simona, Borchia Paolo, Borzan Biljana, Botenga Marc, Botoş Vlad-Marius, Boyer Gilles, Brudziński Joachim Stanisław, Bruna Annika, Buchheit Markus, Buda Daniel, Bullmann Udo, Buşoi Cristian-Silviu, Buxadé Villalba Jorge, Campomenosi Marco, Cañas Jordi, Canfin Pascal, Carême Damien, Caroppo Andrea, Carvalhais Isabel, Caspary Daniel, Castaldo Fabio Massimo, del Castillo Vera Pilar, Cavazzini Anna, Cerdas Sara, Charanzová Dita, Chastel Olivier, Christensen Asger, Christoforou Lefteris, Cimoszewicz Włodzimierz, Cioloş Dacian, Ciuhodaru Tudor, Clune Deirdre, Colin-Oesterlé Nathalie, Cormand David, Corrao Ignazio, Cseh Katalin, Cutajar Josianne, Czarnecki Ryszard, van Dalen Peter, Dalunde Jakop G., Daly Clare, Danjean Arnaud, Danti Nicola, Da Re Gianantonio, David Ivan, De Castro Paolo, Decerle Jérémy, Delbos-Corfield Gwendoline, Deli Andor, Delli Karima, De Man Filip, De Meo Salvatore, Demirel Özlem, Dorfmann Herbert, Dreosto Marco, Duda Jarosław, Durand Pascal, Ďuriš Nicholsonová Lucia, Dzhambazki Angel, Ehler Christian, Eickhout Bas, Engerer Cyrus, Ertug Ismail, Estaràs Ferragut Rosa, Evi Eleonora, Evren Agnès, Falcă Gheorghe, Ferber Markus, Fernandes José Manuel, Fernández Jonás, Ferrandino Giuseppe, Ferrara Laura, Fest Nicolaus, Fidanza Carlo, Fitzgerald Frances, Flego Valter, Fotyga Anna, Fourlas Loucas, Frankowski Tomasz, Fritzon Heléne, Fuglsang Niels, Furore Mario, Gahler Michael, Gálvez Muñoz Lina, García Del Blanco Ibán, García Muñoz Isabel, Gardiazabal Rubial Eider, Garicano Luis, Gebhardt Evelyne, Geese Alexandra, Geier Jens, Gemma Chiara, Georgiou Giorgos, Georgoulis Alexis, Gheorghe Vlad, Glavak Sunčana, Glück Andreas, Goerens Charles, González Mónica Silvana, González Casares Nicolás, González Pons Esteban, Gozi Sandro, Griset Catherine, Groothuis Bart, Grošelj Klemen, Grudler Christophe, Gruffat Claude, Guetta Bernard, Guillaume Sylvie, Gusmão José, Gyöngyösi Márton, Győri Enikő, Hahn Svenja, Halicki Andrzej, Hansen Christophe, Hautala Heidi, Hava Mircea-Gheorghe, Heide Hannes, Heinäluoma Eero, Herbst Niclas, Herzberger-Fofana Pierrette, Hlaváček Martin, Hohlmeier Monika, Hojsík Martin, Holmgren Pär, Homs Ginel Alicia, Hoogeveen Michiel, Hortefeux Brice, Hristov Ivo, Huitema Jan, Ijabs Ivars, Ilčić Ladislav, Incir Evin, in 't Veld Sophia, Jahr Peter, Jaki Patryk, Jamet France, Járóka Lívia, Jarubas Adam, Jerković Romana, Jongerius Agnes, Joron Virginie, Juknevičienė Rasa, Juvin Herve, Kaili Eva, Kalinowski Jarosław, Kaljurand Marina, Kalniete Sandra, Kammerevert Petra, Kanko Assita, Karas Othmar, Karleskind Pierre, Karski Karol, Kelleher Billy, Keller Fabienne, Kelly Seán, Kempa Beata, Kizilyürek Niyazi, Kloc Izabela-Helena, Knotek Ondřej, Kohut Łukasz, Kolaja Marcel, Kolakušić Mislav, Konstantinou Athanasios, Kopacz Ewa, Kopcińska Joanna, Körner Moritz, Kósa Ádám, Köster Dietmar, Kountoura Elena, Kovařík Ondřej, Kovatchev Andrey, Krah Maximilian, Krehl Constanze, Kruk Elżbieta, Kubilius Andrius, Kuhnke Alice, Kuhs Joachim, Kuźmiuk Zbigniew, Kyrtsos Georgios, Kyuchyuk Ilhan, Lacapelle Jean-Lin, Lagodinsky Sergey, Lancini Danilo Oscar, Lange Bernd, Langensiepen Katrin, Laporte Hélène, Larrouturou Pierre, Lebreton Gilles, Leitão-Marques Maria-Manuel, Lenaers Jeroen, Lewandowski Janusz, Liberadzki Bogusław, Liese Peter, Lizzi Elena, Loiseau Nathalie, López Javi, López Aguilar Juan Fernando, López Gil Leopoldo, Luena César, Łukacijewska Elżbieta Katarzyna, McAllister David, Madison Jaak, Maestre Martín De Almagro Cristina, Majorino Pierfrancesco, Maldeikienė Aušra, Maldonado López Adriana, Manders Antonius, Mariani Thierry, Marinescu Marian-Jean, Markey Colm, Marquardt Erik, Marques Pedro, Martusciello Fulvio, Matić Predrag Fred, Mato Gabriel, Maurel Emmanuel, Mavrides Costas, Mayer Georg, Mazurek Beata, Mažylis Liudas, Mebarek Nora, Meimarakis Vangelis, Melchior Karen, Metsola Roberta, Metz Tilly, Meuthen Jörg, Mikser Sven, Millán Mon Francisco José, Mituța Alin, Molnár Csaba, Montserrat Dolors, Morano Nadine, Moreno Sánchez Javier, Moretti Alessandra, Motreanu Dan-Ştefan, Możdżanowska Andżelika Anna, Müller Ulrike, Mureşan Siegfried, Nagtegaal Caroline, Negrescu Victor, Neumann Hannah, Neuser Norbert, Nistor Gheorghe-Vlad, Noichl Maria, Novak Ljudmila, Novakov Andrey, Ochojska Janina, Oetjen Jan-Christoph, Olekas Juozas, Olivier Philippe, Paet Urmas, Pagazaurtundúa Maite, Panza Alessandro, Papadakis Demetris, Papadimoulis Dimitrios, Paulus Jutta, Pedicini Piernicola, Pekkarinen Mauri, Pelletier Anne-Sophie, Penkova Tsvetelina, Pereira Sandra, Pereira Lídia, Picierno Pina, Picula Tonino, Pieper Markus, Pignedoli Sabrina, Pimenta Lopes João, Pirbakas Maxette, Pisapia Giuliano, Pîslaru Dragoş, Plumb Rovana, Polčák Stanislav, Pollák Peter, Ponsatí Obiols Clara, Poręba Tomasz Piotr, Pospíšil Jiří, Radačovský Miroslav, Radtke Dennis, Rafaela Samira, Rafalska Elżbieta, Rangel Paulo, Regner Evelyn, Rego Sira, Reil Guido, Reintke Terry, Ressler Karlo, Riba i Giner Diana, Ries Frédérique, Rinaldi Antonio Maria, Rivière Jérôme, Rodríguez-Piñero Inma, Rodríguez Ramos María Soraya, Rónai Sándor, Rondinelli Daniela, Rooken Rob, Rookmaker Dorien, Roos Robert, Roose Caroline, Ropė Bronis, Ros Sempere Marcos, Ruiz Devesa Domènec, Rzońca Bogdan, Sagartz Christian, Salini Massimiliano, Sánchez Amor Nacho, Sander Anne, Sant Alfred, Sardone Silvia, Sassoli David Maria, Schaldemose Christel, Schaller-Baross Ernő, Schieder Andreas, Schneider Christine, Scholz Helmut, Schuster Joachim, Schwab Andreas, Seekatz Ralf, Semsrott Nico, Sidl Günther, Silva Pereira Pedro, Šimečka Michal, Simon Sven, Sinčić Ivan Vilibor, Skyttedal Sara, Šojdrová Michaela, Sokol Tomislav, Solé Jordi, Solís Pérez Susana, Sonneborn Martin, Spurek Sylwia, Spyraki Maria, Stancanelli Raffaele, Štefanec Ivan, Strik Tineke, Strugariu Ramona, Szydło Beata, Tang Paul, Tarabella Marc, Tarczyński Dominik, Tax Vera, Terheş Cristian, Tinagli Irene, Tobé Tomas, Tobiszowski Grzegorz, Toia Patrizia, Tolleret Irène, Tomac Eugen, Tomc Romana, Torvalds Nils, Tošenovský Evžen, Tóth Edina, Tovaglieri Isabella, Trillet-Lenoir Véronique, Uhrík Milan, Urtasun Ernest, Ušakovs Nils, Vandendriessche Tom, Vandenkendelaere Tom, Van Sparrentak Kim, Vautmans Hilde, Verhofstadt Guy, Vilimsky Harald, Villanueva Ruiz Idoia, Vincze Loránt, Vind Marianne, Vitanov Petar, Vollath Bettina, Vondra Alexandr, Voss Axel, Vrecionová Veronika, Vuolo Lucia, Wallace Mick, Walsh Maria, Walsmann Marion, Warborn Jörgen, Waszczykowski Witold Jan, Weimers Charlie, Weiss Pernille, Wieland Rainer, Wiezik Michal, Wiśniewska Jadwiga, Wölken Tiemo, Wolters Lara, Yenbou Salima, Zacharopoulou Chrysoula, Zahradil Jan, Zalewska Anna, Zambelli Stefania, Zarzalejos Javier, Ždanoka Tatjana, Zīle Roberts, Złotowski Kosma, Zoido Álvarez Juan Ignacio, Zorrinho Carlos, Zver Milan

Skużati:

Brunet Sylvie, Joveva Irena, Michels Martina, de la Pisa Carrión Margarita

Minħabba raġunijiet marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, ġiet stabbilita sistema ta' votazzjoni mill-bogħod (ara d-Deċiżjoni tal-Bureau tal-20 ta' Marzu 2020 li tikkompleta d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2004 rigward ir-regoli dwar il-votazzjonijiet). L-ismijiet tal-Membri li ħadu sehem fil-votazzjoni jinsabu fid-dokument "Riżultat tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet", anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Marzu 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza