Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 5k
Il-Ħamis, 16 ta' Diċembru 2021 - Strasburgu

11. It-tieni sessjoni ta' votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali rigward:

It-trażżin kontinwu tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja: il-każ tal-organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem Memorial
Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B9-0604/2021;

Is-sitwazzjoni f'Kuba, b'mod partikolari l-każijiet ta' José Daniel Ferrer, il-Mara Liebsa l-Abjad Aymara Nieto, Maykel Castillo, Luis Robles, Félix Navarro, Luis Manuel Otero, ir-Reverendu Lorenzo Fajardo, Andy Dunier García u Yunior García Aguilera
Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B9-0589/2021;

Ix-xogħol furzat fil-fabbrika Linglong u l-protesti ambjentali fis-Serbja
Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B9-0600/2021;

Id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt fis-Slovenja, b'mod partikolari d-dewmien fin-nomina ta' prosekuturi tal-UPPE
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0588/2021;

Is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa
Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B9-0581/2021;

MeToo u l-fastidju – il-konsegwenzi għall-istituzzjonijiet tal-UE
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0587/2021;

Is-sitwazzjoni fil-fruntiera Ukrena u fit-territorji okkupati mir-Russja tal-Ukrajna
Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta RC-B9-0594/2021;

L-implimentazzjoni tal-iskema ta' ċertifikazzjoni Kimberley Process
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0591/2021.

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sat-15.00.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 16.00 (punt 15 tal-Minuti tad-data 16.12.2021).

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 13.46.)

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Marzu 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza