Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 1k
L-Erbgħa, 19 ta' Jannar 2022 - Strasburgu

PRESIDENZA: Roberta METSOLA
President

15. Elezzjoni tal-Kwesturi tal-Parlament (it-tieni votazzjoni) (tħabbir tar-riżultati)
Rapporti Verbatim

Il-President qrat ir-riżultati tal-votazzjoni:

- votanti:   688

- poloz vojta jew imħassra:   20

- voti mitfugħa:   668

Il-kandidati kisbu dawn il-voti:

Karol Karski   324 vot

Marcel Kolaja   344 vot

Peress li kiseb il-maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa Marcel Kolaja għaldaqstant ġie elett Kwestur. Il-President ferħitlu għall-elezzjoni tiegħu.

Skont l-Artikoli 18 u 17(2) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Kwesturi jkollhom preċedenza skont l-ordni li fih ikunu ġew eletti u, fil-każ ta' voti ndaqs, skont l-età.

Il-kompożizzjoni tal-Bureau l-ġdid se tkun notifikata lill-Presidenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

(Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti.) (Anness 2 tal-Minuti tad-data 19.1.2022)

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Marzu 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza