Ħatra proposta ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Jan Gregor Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Jan Gregor għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri [12535/2021 - C9-0405/2021 - 2021/0802(NLE)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Ryszard Czarnecki (A9-0002/2022);
Ħatra proposta ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Marek Opioła Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Marek Opioła għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri [13231/2021 - C9-0406/2021- 2021/0803(NLE)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Claudiu Manda (A9-0004/2022);
Ħatra proposta ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Mihails Kozlovs Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Mihails Kozlovs għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri [13353/2021 - C9-0407/2021- 2021/0804(NLE)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Tomáš Zdechovský (A9-0003/2022);
Ħatra proposta ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Jorg Kristijan Petrovič Rapport dwar il-ħatra proposta Jorg Kristijan Petrovič għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri [13355/2021 - C9-0408/2021- 2021/0805(NLE)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Olivier Chastel (A9-0005/2022).
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi [COM(2020)0725 - C9-0365/2020 - 2020/0321(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Nicolás González Casares (A9-0216/2021) Id-dibattitu sar fid-data 7 ta' Lulju 2021 (punt 13 tal-Minuti tad-data 7.7.2021 u punt 15 tal-Minuti tad-data 7.7.2021), segwit mill-ewwel votazzjoni fit-8 ta' Lulju 2021 u l-kwistjoni ġiet riferuta lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura (punt 11 tal-Minuti tad-data 8.7.2021).
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni rigward:
Oġġezzjoni skont l-Artikolu 111(3) tar-Regoli ta' Proċedura: Determinazzjoni ta' każijiet fejn id-data tal-identità tista' titqies l-istess jew simili għall-fini tad-detezzjoni ta' identitajiet multipli skont ir-Regolament (UE) 2019/817 Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa minn Juan Fernando López Aguilar, f'isem il-Kumitat LIBE, skont l-Artikolu 111(3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta' każijiet fejn id-data tal-identità tista' titqies l-istess jew simili għall-fini tad-detezzjoni ta' identitajiet multipli (C(2021)05056 - 2021/2913(DEA)) (B9-0061/2022);
Oġġezzjoni skont l-Artikolu 111(3) tar-Regoli ta' Proċedura: Determinazzjoni ta' każijiet fejn id-data tal-identità tista' titqies l-istess jew simili għall-fini tad-detezzjoni ta' identitajiet multipli skont ir-Regolament (UE) 2019/818 Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa minn Juan Fernando López Aguilar, f'isem il-Kumitat LIBE, skont l-Artikolu 111(3) tar-Regoli ta' Proċedura,dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni ta' każijiet fejn id-data tal-identità tista' titqies l-istess jew simili għall-fini tad-detezzjoni ta' identitajiet multipli (C(2021)05057 - 2021/2912(DEA)) (B9-0062/2022).
Att dwar is-Servizzi Diġitali ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda tad-Direttiva 2000/31/KE [COM(2020)0825 - C9-0418/2020 - 2020/0361(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Christel Schaldemose (A9-0356/2021).