Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 13k
It-Tlieta, 15 ta' Frar 2022 - Strasburgu

PRESIDENZA: Eva KAILI
Viċi President

7. L-ewwel sessjoni ta' votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni rigward:

Il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari
Proposta għal deċiżjoni mressqa mill-Konferenza tal-Presidenti, skont l-Artikolu 223 tar-Regoli ta' Proċedura, dwar il-kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari (2022/2547(RSO)) (B9-0093/2022).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet uniċi rigward:

L-isfidi għaż-żoni urbani fl-era ta' wara l-COVID-19
Rapport dwar l-isfidi għaż-żoni urbani fl-era ta' wara l-COVID-19 [2021/2075(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Katalin Cseh (A9-0352/2021);

Impatt tar-riformi fiskali nazzjonali fuq l-ekonomija tal-UE
Rapport dwar l-impatt tar-riformi fiskali nazzjonali fuq l-ekonomija tal-UE [2021/2074(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Markus Ferber (A9-0348/2021).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni rigward:

Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura: fażola tas-sojja ġenetikament modifikata GMB151 (BCS-GM151-6)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat ENVI, skont l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata GMB151 (BCS-GM151-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D075506/01 - 2021/2947(RSP)) (B9-0095/2022) - Membri responsabbli: Martin Häusling, Anja Hazekamp, Sirpa Pietikäinen u Günther Sidl;

Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura: qoton ġenetikament modifikat GHB614 (BCS-GHØØ2-5)
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat ENVI, skont l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 (BCS-GHØØ2-5) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D076839/01 - 2021/3006(RSP)) (B9-0094/2022) - Membri responsabbli: Martin Häusling, Anja Hazekamp, Sirpa Pietikäinen u Günther Sidl;

Oġġezzjoni skont l-Artikolu 111(3) tar-Regoli ta' Proċedura: Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura: perjodu ta' żmien għall-inammissibbiltà tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa minn Pierre Karleskind, f'isem il-Kumitat PECH, skont l-Artikolu 111(3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-5 ta' Novembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura fir-rigward tal-perjodu ta' żmien u d-dati għall-inammissibbiltà tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ (C(2021)7701 - 2021/2961(DEA)) (B9-0090/2022);

Oġġezzjoni skont l-Artikolu 111(3) tar-Regoli ta' Proċedura: perjodu ta' aċċettazzjoni taċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġa fil-format taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE li jindika t-tlestija tas-serje primarja tat-tilqim
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa minn Jorge Buxadé Villalba, Sergio Berlato, Angel Dzhambazki, Carlo Fidanza, Pietro Fiocchi, Raffaele Fitto, Emmanouil Fragkos, Giuseppe Milazzo, Nicola Procaccini, Rob Rooken, Robert Roos, Bert Jan Ruissen, Vincenzo Sofo, Raffaele Stancanelli u Cristian Terheş, f'isem il-Grupp ECR, skont l-Artikolu 111(3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2021 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-perjodu ta' aċċettazzjoni taċ-ċertifikati tat-tilqim maħruġa fil-format taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE li jindika t-tlestija tas-serje primarja tat-tilqim (C(2021)9920 - 2021/3056(DEA)) (B9-0092/2022).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet tal-emendi rigward:

Il-Bank Ċentrali Ewropew – rapport annwali 2021
Rapport dwar il-Bank Ċentrali Ewropew – rapport annwali 2021 [2021/2063(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Dimitrios Papadimoulis (A9-0351/2021);

Rapport ta' implimentazzjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali tal-farms
Rapport ta' implimentazzjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali tal-farms [2020/2085(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Jérémy Decerle (A9-0296/2021);

Attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew – rapport annwali 2020
Rapport dwar ir-rapport annwali rigward l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fis-sena 2020 [2021/2167(INI)] - Kumitat għall-Petizzjonijiet. Rapporteur: Eleonora Evi (A9-0342/2021);

Strateġija Ewropea għall-enerġija rinnovabbli offshore
Rapport dwar strateġija Ewropea għall-enerġija rinnovabbli offshore [2021/2012(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Morten Petersen (A9-0339/2021);

Valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 50 tat-TUE
Rapport dwar il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 50 tat-TUE [2020/2136(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Danuta Maria Hübner (A9-0357/2021);

Implimentazzjoni tas-Sitt Direttiva tal-VAT
Rapport dwar l-implimentazzjoni tas-Sitt Direttiva tal-VAT: X'inhu meħtieġ biex titnaqqas id-diskrepanza tal-VAT fl-UE? [2020/2263(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Olivier Chastel (A9-0355/2021).

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sas-13.45.

Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 19.00 (punt 13 tal-Minuti tad-data 15.2.2022).

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 12.38.)

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Mejju 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza