Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 11k
L-Erbgħa, 16 ta' Frar 2022 - Strasburgu

5. L-ewwel sessjoni ta' votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni rigward:

Ferroviji: titwil tal-applikazzjoni ta' miżuri temporanji dwar l-impożizzjoni ta' imposti - COVID-19 ***I
[COM(2021)0832 - C9-0001/2022 - 2021/0437(COD)] - Kumitat TRAN;

Assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna ***I
[COM(2022)0037 - C9-0028/2022 - 2022/0026(COD)] - Kumitat INTA.

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet uniċi rigward:

Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli
Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (Direttiva dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli) [2021/2040(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Brando Benifei (A9-0349/2021).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni finali ta':

It-tisħiħ tal-Ewropa fil-ġlieda kontra l-kanċer
Rapport dwar it-tisħiħ tal-Ewropa fil-ġlieda kontra l-kanċer - lejn strateġija komprensiva u koordinata [2020/2267(INI)] - Kumitat Speċjali għall-Ġlieda kontra l-Kanċer. Rapporteur: Véronique Trillet-Lenoir (A9-0001/2022).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet tal-emendi rigward:

Implimentazzjoni tal-politika estera u ta' sigurtà komuni – rapport annwali 2021
Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta' sigurtà komuni – rapport annwali 2021 [2021/2182(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: David McAllister (A9-0354/2021);

Implimentazzjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni – rapport annwali 2021
Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni – rapport annwali 2021 [2021/2183(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Nathalie Loiseau (A9-0358/2021);

Id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja – rapport annwali 2021
Rapport dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni - rapport annwali 2021 [2021/2181(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: María Soraya Rodríguez Ramos (A9-0353/2021);

Il-korruzzjoni u d-drittijiet tal-bniedem
Rapport fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rigward il-korruzzjoni u d-drittijiet tal-bniedem [2021/2066(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Katalin Cseh (A9-0012/2022);

L-indirizzar ta' ostakli mhux tariffarji u mhux fiskali fis-suq uniku
Rapport dwar l-indirizzar ta' ostakli mhux tariffarji u mhux fiskali fis-suq uniku [2021/2043(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Kosma Złotowski (A9-0336/2021);

Statut għall-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ transfruntieri Ewropej
Rapport li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Statut għall-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ transfruntiera Ewropej [2020/2026(INL)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Sergey Lagodinsky (A9-0007/2022);

It-tisħiħ tal-pożizzjoni taż-żgħażagħ Ewropej: l-impjiegi u l-irkupru soċjali wara l-pandemija
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa minn Dragoş Pîslaru, f'isem il-Kumitat EMPL, skont l-Artikolu 136(5) tar-Regoli ta' Proċedura, wara l-mistoqsijiet għal tweġiba orali B9-0002/2022 u B9-0003/2022, dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni taż-żgħażagħ Ewropej: l-impjiegi u l-irkupru soċjali wara l-pandemija (2021/2952(RSP)) (B9-0091/2022)
Id-dibattitu sar fid-data 20 ta' Jannar 2022 (punt 14 tal-Minuti tad-data 20.1.2022).

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sas-13.45.

Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 19.00 (punt 10 tal-Minuti tad-data 16.2.2022).

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Mejju 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza