Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 10k
L-Erbgħa, 9 ta' Marzu 2022 - Strasburgu

16. It-tieni sessjoni ta' votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet tal-emendi rigward:

Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2022
Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2022 [2022/2006(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0034/2022);

Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: aspetti soċjali u tal-impjiegi fl-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir sostenibbli 2022
Rapport dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: aspetti soċjali u tal-impjiegi fl-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir sostenibbli 2022; [2021/2233(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Helmut Geuking (A9-0040/2022)

Il-batteriji u l-iskart ta' batteriji ***I
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2019/1020 [COM(2020)0798 - C9-0400/2020- 2020/0353(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Simona Bonafè (A9-0031/2022).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni tal-ftehim proviżorju rigward:

Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 ***I
Rapport dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 [COM(2020)0652 - C9-0329/2020- 2020/0300(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Grace O'Sullivan (A9-0203/2021)

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni rigward:

Qafas strateġiku ġdid tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali wara l-2020
Rapport dwar qafas strateġiku ġdid tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali wara l-2020 (inkluża protezzjoni aħjar tal-ħaddiema mill-esponiment għal sustanzi ta' ħsara, mill-istress okkupazzjonali u minn leżjonijiet minħabba movimenti ripetittivi) [2021/2165(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Marianne Vind (A9-0023/2022).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali rigward:

Twaqqif ta' kumitat speċjali dwar il-pandemija tal-COVID-19: tagħlimiet li nsiltu u rakkomandazzjonijiet għall-futur
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0139/2022;

Twaqqif ta' kumitat speċjali dwar l-interferenza barranija fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0140/2022;

It-twaqqif ta' kumitat ta' inkjesta biex jinvestiga l-allegat użu ta' Pegasus u ta' software ta' spjunaġġ ekwivalenti għas-sorveljanza
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0138/2022;

L-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-Parlament Ewropew - rapport annwali 2020
Rapport dwar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-Parlament Ewropew - rapport annwali 2020 [2021/2039(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteurs: Irène Tolleret u Gwendoline Delbos-Corfield (A9-0021/2022);

Il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru III
Rapport dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru III [2021/2003(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Chrysoula Zacharopoulou (A9-0025/2022);

L-istat tad-dritt u l-konsegwenzi tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0134/2022.

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sad-21.15.

Ir-riżultati tal-votazzjoni se jitħabbru għada, il-Ħamis 10 ta' Marzu 2022, 09.00 (punt 2 tal-Minuti tad-data 10.3.2022).

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Awwissu 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza