Indiċi 
Minuti
XML 149kPDF 280kWORD 79k
It-Tnejn, 6 ta' Ġunju 2022 - Strasburgu
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Ftuħ tas-seduta
 3.Dikjarazzjoni tal-Presidenza
 4.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti
 5.Kompożizzjoni tal-Parlament
 6.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 7.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura) (azzjonijiet meħuda)
 8.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)
 9.Rettifika (Artikolu 241 tar-Regoli ta' Proċedura)
 10.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
 11.Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
 12.Dokumenti mressqa
 13.Ordni tal-ħidma
 14.Ċerimonja fl-okkażjoni tas-60 anniversarju tal-PAK
 15.Ir-Rapport 2021 dwar it-Turkija (dibattitu)
 16.Il-Pjan direzzjonali tas-SEAE dwar it-Tibdil fil-Klima u d-Difiża (dibattitu)
 17.L-UE u l-isfidi tas-sigurtà fl-Indo-Paċifiku (dibattitu)
 18.Il-gżejjer tal-UE u l-politika ta' koeżjoni (dibattitu)
 19.Ħin għall-mistoqsijiet (Kummissjoni) - It-tnaqqis tal-użu tal-pestiċidi u t-tisħiħ tal-ħarsien tal-konsumatur
 20.L-Artikolu 17 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (preżentazzjoni qasira)
 21.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 22.Approvazzjoni tal-minuti tas-sezzjoni li għaddejja
 23.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 24.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Roberta METSOLA
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Is-sessjoni li ġiet interrotta nhar il-Ħamis 19 ta' Mejju 2022 tkompliet.


2. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.02.


3. Dikjarazzjoni tal-Presidenza

Il-President għamlet dikjarazzjoni wara l-inċident tal-ferrovija li seħħ fil-Bavarja nhar il-Ġimgħa li għadda u, f'isem il-Parlament, esprimiet il-kondoljanzi tagħha lill-familji tal-vittmi.


4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti

Il-Minuti tas-seduti tad-dati 18 ta' Mejju 2022 u 19 ta' Mejju 2022 ġew approvati.


5. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Franċiżi għarrfu lill-President dwar il-ħatra ta' Chrysoula Zacharopoulou bħala Segretarju tal-Istat inkarigata mill-Iżvilupp, mill-Frankofonija u mis-Sħubijiet Internazzjonali fi ħdan il-Gvern Franċiż.

Il-Parlament jinnota li, skont l-Artikolu 7(1), tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, din il-kariga hija inkompatibbli mal-kwalità ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
Skont l-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ħa nota tal-vakanza tas-siġġu li tiddekorri mid-data 20 ta' Mejju 2022.

L-awtoritajiet kompetenti Franċiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Max Orville minflok Chrysoula Zacharopoulou bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 20 ta' Mejju 2022.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tiegħu.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Max Orville jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


6. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-Gruppi PPE, S&D, Renew, ID, ECR u s-Segretarjat tal-Membri mhux affiljati għarrfu lill-President dwar id-deċiżjonijiet segwenti li jimmodifikaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:

Kumitat AFET: Matjaž Nemec

Kumitat DEVE: Lefteris Christoforou minflok Manolis Kefalogiannis, Stéphane Bijoux

Kumitat EMPL: Marie-Pierre Vedrenne u France Jamet m'għadhomx membri, Jörg Meuthen, Max Orville

Kumitat ENVI: Karol Karski minflok Raffaele Fitto, Emmanouil Fragkos minflok Rob Rooken

Kumitat AFCO: Zdzisław Krasnodębski minflok Geert Bourgeois

Kumitat FEMM: Stéphane Séjourné

Kumitat Speċjali dwar il-pandemija tal-COVID-19: tagħlimiet meħuda u rakkomandazzjonijiet għall-futur: Max Orville

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Serbja: Matjaž Nemec

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE: Max Orville

Dawn id-deċiżjonijiet jibda jkollhom effett mid-data tal-lum.


7. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura) (azzjonijiet meħuda)

Id-deċiżjonijiet tal-Kumitati INTA u IMCO li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali tħabbru fid-data 18 ta' Mejju 2022 (punt 10 tal-minuti tad-data 18.5.2022).

Billi ma saret l-ebda talba għal votazzjoni skont l-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura, il-kumitati responsabbli setgħu jibdew in-negozjati wara l-iskadenza stipulata.


8. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Kumitati ITRE u ECON iddeċidew li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali skont l-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, abbażi tar-rapporti segwenti:

kumitat ECON – Rapport dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej (COM(2021)0391 – C9-0311/2021 – 2021/0191(COD)) – Rapporteur: Paul Tang (A9-0156/2022);

kumitat ITRE – Rapport dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm ta' Politika tal-2030 "Il-Perkors għad-Deċennju Diġitali" (COM(2021)0574 – C9-0359/2021 – 2021/0293(COD)) – Rapporteur: Martina Dlabajová (A9-0159/2022).

Jista' jintalab li jittieħed vot fuq dawn id-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura qabel nofsillejl ta' għada, 7 ta' Ġunju 2022.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.


9. Rettifika (Artikolu 241 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-kumitat responsabbli ressaq din ir-rettifika ta' test approvat mill-Parlament Ewropew:

- Rettifika P8_TA(2019)0306(COR01) għar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1) - (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament ta' hawn fuq P8_TA(2019)0306) - (COM(2016)0157 - C8-0123/2016 – 2016/0084(COD)) - Kumitat IMCO

Din ir-rettifika titqies approvata ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn 24 siegħa, issir talba biex jittieħed vot fuqha skont l-Artikolu 241(4) tar-Regoli ta' Proċedura.


10. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President tal-Parlament ipproċediet, flimkien mal-President tal-Kunsill, mill-interruzzjoni tas-sessjoni tad-data 19 ta' Mejju 2022, għall-iffirmar tal-atti segwenti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reġim pilota għall-infrastrutturi tas-suq ibbażati fuq it-teknoloġija ta' reġistru distribwit, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE (00088/2021/LEX - C9-0173/2022 - 2020/0267(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-governanza Ewropea tad-data u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (Att dwar il-Governanza tad-Data) (00085/2021/LEX - C9-0180/2022 - 2020/0340(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sistema kompjuterizzata għall-iskambju elettroniku transfruntier ta' data fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali (is-sistema e-CODEX), u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (00087/2021/LEX - C9-0164/2022 - 2020/0345(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (00002/2022/LEX - C9-0176/2022 - 2020/0360(COD))

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE fir-rigward tal-perijodu ta' applikazzjoni tagħha u fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-Bolivja fuq għelejjel li jipproduċu ż-żerriegħa taċ-ċereali u għelejjel li jipproduċu ż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra u l-ekwivalenza taż-żerriegħa taċ-ċereali u tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra prodotti fil-Bolivja (00010/2022/LEX - C9-0178/2022 - 2022/0016(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tranżizzjonali għall-imballaġġ u t-tikkettar ta' prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati jew reġistrati f'konformità mad-Direttiva 2001/82/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 (00019/2022/LEX - C9-0177/2022 - 2022/0053(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1727 fir-rigward tal-preservazzjoni, l-analiżi u l-ħżin fil-Eurojust ta’ evidenza relatata ma' ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u reati kriminali relatati (00018/2022/LEX - C9-0187/2022 - 2022/0130(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ temporanji li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukreni skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (00021/2022/LEX - C9-0188/2022 - 2022/0138(COD))

Il-President tal-Parlament ipproċediet, flimkien mal-President tal-Kunsill, fid-data 8 ta' Ġunju 2022, għall-iffirmar tal-atti segwenti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (kodifikazzjoni) (00037/2021/LEX - C9-0196/2022 - 2020/0329(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma' partijiet privati, tal-ipproċessar ta' data personali mill-Europol b'appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni (00008/2022/LEX - C9-0192/2022 - 2020/0349(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1628 fir-rigward tal-estensjoni tas-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati (00020/2022/LEX - C9-0194/2022 - 2022/0080(COD))


11. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet li ġejjin b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlu fl-aġenda (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura):

- O-000018/2022 imressqa minn Bernd Lange, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Strument kummerċjali ġdid biex jiġu pprojbiti l-prodotti magħmula bix-xogħol furzat (B9-0015/2022);

- O-000020/2022 imressqa minn Dolors Montserrat, f'isem il-Kumitat PETI, lill-Kummissjoni: Qtugħ illegali ta' siġar fl-UE (B9-0016/2022).


12. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) minn istituzzjonijiet oħra

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa (COM(2022)0197 - C9-0167/2022 - 2022/0140(COD))
F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

LIBE

opinjoni:

BUDG, ENVI, ITRE, IMCO

- Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali 2022: Finanzjament għall-ispejjeż ta' akkoljenza ta' persuni li jaħarbu mill-Ukrajna: Pożizzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Mejju 2022 (09095/2022 - C9-0182/2022 - 2022/0126(BUD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

opinjoni:

AFET, LIBE

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/241 fir-rigward tal-Kapitoli tar-REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060, ir-Regolament (UE) 2021/2115, id-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (COM(2022)0231 - C9-0183/2022 - 2022/0164(COD))
F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 322(1) tat-Trattat, il-President se tikkonsulta lill-Qorti tal-Awdituri dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

BUDG

opinjoni:

ECON, ENVI, ITRE, REGI, AGRI

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, id-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza enerġetika (COM(2022)0222 - C9-0184/2022 - 2022/0160(COD))
F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

ITRE

opinjoni:

ENVI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fir-rigward ta' miżura speċifika biex jingħata appoġġ temporanju eċċezzjonali skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) b'rispons għall-impatt tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna (COM(2022)0242 - C9-0185/2022 - 2022/0166(COD))
F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

AGRI

- Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tal-Gżejjer Faeroe fil-programmi tal-Unjoni (08224/2022 - C9-0189/2022 - 2022/0045(NLE))

irriferut

responsabbli:

ITRE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Greċja – EGF/2021/008 EL/Attica electrical equipment manufacturing (COM(2022)0248 - C9-0190/2022 - 2022/0170(BUD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

opinjoni:

EMPL, REGI

2) mill-kumitati parlamentari

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) 2021/953 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19. (COM(2022)0050 - C9-0031/2022 - 2022/0031(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar (A9-0138/2022)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Makkinarju u l-prodotti relatati (COM(2021)0202 - C9-0145/2021 - 2021/0105(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Ivan Štefanec (A9-0141/2022)

- Rapport dwar id-dritt ta' inizjattiva tal-Parlament (2020/2132(INI)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Paulo Rangel (A9-0142/2022)

- Rapport dwar il-gżejjer tal-UE u l-politika ta' koeżjoni: is-sitwazzjoni attwali u l-isfidi futuri (2021/2079(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Younous Omarjee (A9-0144/2022)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tan-notifika ta' kumpens fir-rigward ta' miżura globali bbażata fuq is-suq għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru bbażati fl-Unjoni (COM(2021)0567 - C9-0323/2021 - 2021/0204(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Sunčana Glavak (A9-0145/2022)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' skema ġeneralizzata ta' preferenzi tariffarji u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2021)0579 - C9-0364/2021 - 2021/0297(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Heidi Hautala (A9-0147/2022)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (12208/2021 - C9-0419/2021 - 2021/0300(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Izaskun Bilbao Barandica (A9-0148/2022)

- Rapport dwar ir-Rapport 2021 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija (2021/2250(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Nacho Sánchez Amor (A9-0149/2022)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f'konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni (COM(2021)0556 - C9-0322/2021 - 2021/0197(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Jan Huitema (A9-0150/2022)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (2021/2168(INI)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Caroline Roose (A9-0152/2022)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-estensjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta' sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita ta' Galileo u tal-GPS u applikazzjonijiet relatati bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (06531/2022 - C9-0147/2022 - 2022/0005(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Cristian-Silviu Buşoi (A9-0153/2022)

- Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (2021/0300M(NLE)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Izaskun Bilbao Barandica (A9-0154/2022)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u li timplimenta b'mod xieraq miżura globali bbażata fuq is-suq (COM(2021)0552 - C9-0319/2021 - 2021/0207(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Sunčana Glavak (A9-0155/2022)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej (COM(2021)0391 - C9-0311/2021 - 2021/0191(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Paul Tang (A9-0156/2022)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima (COM(2021)0568 - C9-0324/2021 - 2021/0206(COD)) - Kumitat EMPL - Kumitat ENVI - Rapporteur: David Casa - Rapporteur: Esther de Lange (A9-0157/2022)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm ta' Politika tal-2030 "Il-Perkors għad-Deċennju Diġitali" (COM(2021)0574 - C9-0359/2021 - 2021/0293(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Martina Dlabajová (A9-0159/2022)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (COM(2021)0564 - C9-0328/2021 - 2021/0214(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Mohammed Chahim (A9-0160/2022)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-konformità, l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030 u l-impenn għall-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura, u (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami (COM(2021)0554 - C9-0320/2021 - 2021/0201(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Ville Niinistö (A9-0161/2022)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni, id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u r-Regolament (UE) 2015/757 (COM(2021)0551 - C9-0318/2021 - 2021/0211(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Peter Liese (A9-0162/2022)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi (COM(2021)0555 - C9-0321/2021 - 2021/0200(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Jessica Polfjärd (A9-0163/2022)

- Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Politika Barranija, ta' Sigurtà u ta' Difiża tal-UE wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna (2022/2039(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteurs: David McAllister, Nathalie Loiseau (A9-0164/2022)


13. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji tad-dati ta' Ġunju I 2022 (PE 732.420/PDOJ) tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Membri skont l-Artikolu 157(3) tar-Regoli ta' Proċedura.

Il-President għarrfet li, minħabba l-assenza ta' Josep Borrell Fontelles, Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, il-"Ħin għall-mistoqsijiet lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà" (punt 31 tal-PDOJ), previst għat-Tlieta, tneħħa mill-aġenda.

Barra minn hekk, il-President irċeviet talbiet ta' modifika segwenti skont l-Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura:

It-Tlieta

Talbiet tal-Gruppi Verts/ALE, The Left u Renew biex jiġi konkluż id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "L-istat tad-dritt u l-approvazzjoni potenzjali tal-Pjan Nazzjonali ta' Rkupru (RRF) tal-Polonja" (punt 80 tal-PDOJ) permezz tat-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni. Il-Grupp Renew talab it-tressiq għall-votazzjoni matul is-sessjoni parzjali ta' Ġunju I, filwaqt li l-Gruppi Verts/ALE u The Left talbu t-tressiq għall-votazzjoni matul is-sessjoni parzjali ta' Ġunju II.

Interventi ta': Stéphane Séjourné, f'isem il-Grupp Renew, u Terry Reintke, f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikaw it-talbiet tal-gruppi rispettivi tagħhom, u Patryk Jaki.

B'sejħa tal-ismijiet (188 vot favur, 126 vot kontra, 6 astensjonijiet), il-Parlament Ewropew approva t-talba tal-Grupp Renew.

Ġew stabbiliti l-iskadenzi għat-tressiq li ġejjin:
- Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni: it-Tlieta 7 ta' Ġunju 2022 f'12.00
- Emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni u mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 8 ta' Ġunju 2022 f'12.00
- Emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni konġunti: l-Erbgħa 8 ta' Ġunju 2022 fis-13.00
- Talbiet għal votazzjonijiet separati u talbiet għal votazzjonijiet maqsuma: l-Erbgħa 8 ta' Ġunju 2022 fis-19.00

Talba tal-Grupp ECR biex fl-aġenda jiddaħħal dibattitu dwar dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Il-massakru tal-Insara fin-Niġerja" bħala t-tielet punt fl-aġenda ta' waranofsinhar.

Interventi ta': Kosma Złotowski, f'isem il-Grupp ECR, li ġġustifikat it-talba, u Simona Bonafè, f'isem il-Grupp S&D, li pproponiet li d-dibattitu jiddaħħal fl-aġenda tal-Erbgħa.

B'sejħa tal-ismijiet (277 vot favur, 41 vot kontra, 13-il astensjoni), il-Parlament approva t-talba tal-Grupp ECR kif emendata mill-proposta tal-Grupp S&D.

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp ECR biex jitneħħa d-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar it-"Theddid globali għad-dritt għall-abort: il-possibbiltà li l-Qorti Suprema tirrevoka d-dritt għall-abort fl-Istati Uniti" (punt 62 tal-PDOJ).

Interventi ta': Margarita de la Pisa Carrión, f'isem il-Grupp ECR, li ġġustifikat it-talba, u Iratxe García Pérez, kontra t-talba.

B'VSI (118-il vot favur, 210 kontra, 7 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Grupp ID biex fl-aġenda tiddaħħal dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "L-għażliet fiskali u monetarji tal-Unjoni għall-ġlieda kontra ż-żieda tal-prezzijiet fl-UE", bħala t-tieni punt wara t-tieni siegħa tal-votazzjonijiet.

Interventi ta': Nicolaus Fest, f'isem il-Grupp ID, li ġġustifika t-talba, u Simona Bonafè, kontra t-talba.

B'VSI (58 vot favur, 267 kontra, 8 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Il-Ħamis

Talba tal-Grupp PPE biex id-dibattiru u l-votazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "It-talba biex titlaqqa' Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati" jiġu posposti (punt 76 tal-PDOJ) għas-sessjoni parzjali ta' Ġunju II.

Interventi ta': Sven Simon, f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba, u Gabriele Bischoff, kontra t-talba.

B'VSI (102 voti favur, 228 kontra, 5 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Fi tmiem il-votazzjoni, tkellem Sven Simon.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


14. Ċerimonja fl-okkażjoni tas-60 anniversarju tal-PAK

Mill-17.31 sas-17.55, il-Parlament iltaqa' fl-okkażjoni tas-60 anniversarju tal-politika agrikola komuni.

Il-President għamlet dikjarazzjoni dwar is-60 anniversarju tal-politika agrikola komuni segwita minn diskorsi ta' Marc Fesneau (President fil-kariga tal-Kunsill), Janusz Wojciechowski (membru tal-Kummissjoni), Norbert Lins (President tal-Kumitat AGRI).


PRESIDENZA: Dita CHARANZOVÁ
Viċi President

15. Ir-Rapport 2021 dwar it-Turkija (dibattitu)

Rapport dwar ir-Rapport 2021 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija [2021/2250(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Nacho Sánchez Amor (A9-0149/2022)

Nacho Sánchez Amor ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Olivér Várhelyi (membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Gheorghe-Vlad Nistor f'isem il-Grupp PPE, Maria Arena f'isem il-Grupp S&D, Malik Azmani f'isem il-Grupp Renew, Sergey Lagodinsky f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nicolaus Fest f'isem il-Grupp ID, Emmanouil Fragkos f'isem il-Grupp ECR, Giorgos Georgiou f'isem il-Grupp The Left, Kostas Papadakis Membru mhux affiljat, Evin Incir, Nathalie Loiseau, Gwendoline Delbos-Corfield, Dimitrios Papadimoulis u Stelios Kympouropoulos.

PRESIDENZA: Michal ŠIMEČKA
Viċi President

Interventi ta': Eero Heinäluoma, Hilde Vautmans, Loucas Fourlas, Nikos Androulakis, Georgios Kyrtsos, Anna-Michelle Asimakopoulou, Demetris Papadakis u Lefteris Christoforou.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Costas Mavrides, Billy Kelleher, Clare Daly, Eugen Tomac u Mick Wallace.

Interventi ta': Olivér Várhelyi u Nacho Sánchez Amor.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 4.3 tal-minuti tad-data 7.6.2022.


16. Il-Pjan direzzjonali tas-SEAE dwar it-Tibdil fil-Klima u d-Difiża (dibattitu)

Rapport dwar il-Pjan Direzzjonali tas-SEAE dwar it-Tibdil fil-Klima u d-Difiża [2021/2102(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Thomas Waitz (A9-0084/2022)

Thomas Waitz ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Olivér Várhelyi (membru tal-Kummissjoni) f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Interventi ta': Lukas Mandl f'isem il-Grupp PPE, Tonino Picula f'isem il-Grupp S&D, Christophe Grudler f'isem il-Grupp Renew, Bernhard Zimniok f'isem il-Grupp ID, Alexandr Vondra f'isem il-Grupp ECR, Mick Wallace f'isem il-Grupp The Left, Javi López u Charlie Weimers.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Clare Daly.

Interventi ta': Olivér Várhelyi u Thomas Waitz.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 4.4 tal-minuti tad-data 7.6.2022.


17. L-UE u l-isfidi tas-sigurtà fl-Indo-Paċifiku (dibattitu)

Rapport dwar l-UE u l-isfidi tas-sigurtà fl-Indo-Paċifiku [2021/2232(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: David McAllister (A9-0085/2022)

David McAllister ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Olivér Várhelyi (membru tal-Kummissjoni) f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Interventi ta': Attila Ara-Kovács f'isem il-Grupp S&D, Dragoş Tudorache f'isem il-Grupp Renew, Alviina Alametsä f'isem il-Grupp Verts/ALE, Anna Fotyga f'isem il-Grupp ECR, Özlem Demirel f'isem il-Grupp The Left, Margarida Marques, Reinhard Bütikofer, Mick Wallace u Francisco José Millán Mon.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Juozas Olekas, Clare Daly, Eugen Tomac u Kostas Papadakis.

Interventi ta': Olivér Várhelyi u David McAllister.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 4.5 tal-minuti tad-data 7.6.2022.


18. Il-gżejjer tal-UE u l-politika ta' koeżjoni (dibattitu)

Rapport dwar il-gżejjer tal-UE u l-politika ta' koeżjoni: is-sitwazzjoni attwali u l-isfidi futuri [2021/2079(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Younous Omarjee (A9-0144/2022)

Younous Omarjee ppreżenta r-rapport.

Intervent ta': Janusz Wojciechowski (membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Petros Kokkalis (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Stelios Kympouropoulos f'isem il-Grupp PPE, Josianne Cutajar f'isem il-Grupp S&D, Stéphane Bijoux f'isem il-Grupp Renew, François Alfonsi f'isem il-Grupp Verts/ALE, André Rougé f'isem il-Grupp ID, Raffaele Fitto f'isem il-Grupp ECR, Maxette Pirbakas Membru mhux affiljata, Franc Bogovič, Tonino Picula, Vlad-Marius Botoş, Ignazio Corrao, Annalisa Tardino, Krzysztof Jurgiel, Lefteris Nikolaou-Alavanos, Lefteris Christoforou, Tsvetelina Penkova, Raffaele Stancanelli, Tomislav Sokol, Salvatore De Meo u Rosa Estaràs Ferragut.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Sara Cerdas.

PRESIDENZA: Heidi HAUTALA
Viċi President

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Isabel Carvalhais, Clara Aguilera, Sandra Pereira u Juan Fernando López Aguilar.

Interventi ta': Janusz Wojciechowski u Younous Omarjee.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 4.6 tal-minuti tad-data 7.6.2022.


19. Ħin għall-mistoqsijiet (Kummissjoni) - It-tnaqqis tal-użu tal-pestiċidi u t-tisħiħ tal-ħarsien tal-konsumatur

Il-President fakkret fil-qosor fil-modi ta' żvolġiment tal-ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni.

Stella Kyriakides (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsijiet li sarulha mill-Membri: Clara Aguilera, Billy Kelleher, Benoît Biteau, Elżbieta Kruk, Anja Hazekamp, Maria Arena, Sarah Wiener, Juozas Olekas, Martin Häusling, Paolo De Castro, João Pimenta Lopes, Isabel Carvalhais, Claude Gruffat, Tudor Ciuhodaru, Jutta Paulus u Mick Wallace.

Il-ħin għall-mistoqsijiet ingħalaq.


20. L-Artikolu 17 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd [2021/2168(INI)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Caroline Roose (A9-0152/2022)

Caroline Roose għamlet il-preżentazzjoni.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Clara Aguilera, Izaskun Bilbao Barandica, Grace O'Sullivan, João Pimenta Lopes, Clare Daly u Mick Wallace

Intervent ta': Stella Kyriakides (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 4.7 tal-minuti tad-data 7.6.2022.


21. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 172 tar-Regoli ta' Proċedura:

Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Cyrus Engerer, Izaskun Bilbao Barandica, Grace O'Sullivan, Virginie Joron, Cristian Terheş, João Pimenta Lopes, Dino Giarrusso, Iuliu Winkler, Tudor Ciuhodaru, Vlad-Marius Botoş, Gunnar Beck, Jorge Buxadé Villalba, Mick Wallace, Anna-Michelle Asimakopoulou, Ivo Hristov, Billy Kelleher, Clare Daly, Peter Pollák, Juan Fernando López Aguilar, Christine Anderson, Michiel Hoogeveen, Sandra Pereira, Eugen Tomac, Jessica Stegrud, Tomislav Sokol, Marcos Ros Sempere, Charlie Weimers u Stanislav Polčák.


22. Approvazzjoni tal-minuti tas-sezzjoni li għaddejja

Skont l-Artikolu 202(3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-minuti tas-seduta li għaddejja se jitressqu għall-approvazzjoni tal-Parlament fil-bidu tal-parti ta' waranofsinhar tas-sessjoni parzjali li jmiss.


23. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 732.420/OJMA).


24. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.12.

Klaus Welle

Dimitrios Papadimoulis

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adamowicz Magdalena, Ademov Asim, Adinolfi Isabella, Adinolfi Matteo, Agius Saliba Alex, Aguilar Mazaly, Aguilera Clara, Alametsä Alviina, Alexandrov Yordanov Alexander, Alfonsi François, Alieva-Veli Atidzhe, Amaro Álvaro, Ameriks Andris, Anderson Christine, Andrews Barry, Andrieu Eric, Androulakis Nikos, Angel Marc, Annemans Gerolf, Ansip Andrus, Ara-Kovács Attila, Arena Maria, Arias Echeverría Pablo, Arłukowicz Bartosz, Asimakopoulou Anna-Michelle, Auštrevičius Petras, Avram Carmen, Azmani Malik, Baldassarre Simona, Balt Marek Paweł, Barrena Arza Pernando, Bartolo Pietro, Băsescu Traian, Basso Alessandra, Bauzá Díaz José Ramón, Beck Gunnar, Beer Nicola, Beghin Tiziana, Beigneux Aurélia, Belka Marek, Bellamy François-Xavier, Benea Adrian-Dragoş, Benifei Brando, Benjumea Benjumea Isabel, Beňová Monika, Berendsen Tom, Berlato Sergio, Bernhuber Alexander, Biedroń Robert, Bielan Adam, Bijoux Stéphane, Bilbao Barandica Izaskun, Bilčík Vladimír, Bilde Dominique, Bischoff Gabriele, Biteau Benoît, Bizzotto Mara, Blaga Vasile, Blaško Hynek, Blinkevičiūtė Vilija, Bloss Michael, Bocskor Andrea, Boeselager Damian, Bogovič Franc, Bonafè Simona, Borchia Paolo, Borzan Biljana, Botenga Marc, Botoş Vlad-Marius, Bourgeois Geert, Boyer Gilles, Braunsberger-Reinhold Karolin, Breyer Patrick, Brglez Milan, Bricmont Saskia, Brudziński Joachim Stanisław, Bruna Annika, Brunet Sylvie, Buchheit Markus, Buda Daniel, Burkhardt Delara, Buşoi Cristian-Silviu, Bütikofer Reinhard, Buxadé Villalba Jorge, Buzek Jerzy, Campomenosi Marco, Cañas Jordi, Canfin Pascal, Carême Damien, Caroppo Andrea, Carvalhais Isabel, Carvalho Maria da Graça, Casa David, Casanova Massimo, Caspary Daniel, del Castillo Vera Pilar, Cavazzini Anna, Ceccardi Susanna, Cerdas Sara, Chahim Mohammed, Chaibi Leila, Charanzová Dita, Chastel Olivier, Chinnici Caterina, Christensen Asger, Christoforou Lefteris, Cimoszewicz Włodzimierz, Ciocca Angelo, Cioloş Dacian, Ciuhodaru Tudor, Clune Deirdre, Comín i Oliveres Antoni, Conte Rosanna, Cormand David, Corrao Ignazio, Cozzolino Andrea, Crețu Corina, Cuffe Ciarán, Cutajar Josianne, Czarnecki Ryszard, Dalunde Jakop G., Daly Clare, D'Amato Rosa, Danti Nicola, Da Re Gianantonio, David Ivan, De Basso Ilan, De Castro Paolo, Decerle Jérémy, Delbos-Corfield Gwendoline, Deli Andor, Delli Karima, De Man Filip, De Meo Salvatore, Demirel Özlem, Deparnay-Grunenberg Anna, Dlabajová Martina, Doleschal Christian, Donáth Anna Júlia, Dorfmann Herbert, Duda Jarosław, Düpont Lena, Durand Pascal, Ďuriš Nicholsonová Lucia, Dzhambazki Angel, Engerer Cyrus, Ernst Cornelia, Eroglu Engin, Ertug Ismail, Estaràs Ferragut Rosa, Evi Eleonora, Evren Agnès, Farreng Laurence, Ferber Markus, Fernandes José Manuel, Fernández Jonás, Ferrandino Giuseppe, Ferrara Laura, Fest Nicolaus, Fiocchi Pietro, Fitto Raffaele, Fitzgerald Frances, Flanagan Luke Ming, Flego Valter, Fotyga Anna, Fourlas Loucas, Fragkos Emmanouil, Freund Daniel, Fritzon Heléne, Furore Mario, Gade Søren, Gahler Michael, Gál Kinga, Gallée Malte, Gálvez Muñoz Lina, Gamon Claudia, Gancia Gianna, García Del Blanco Ibán, García Muñoz Isabel, Gardiazabal Rubial Eider, Garicano Luis, Geier Jens, Gemma Chiara, Georgiou Giorgos, Georgoulis Alexis, Geuking Helmut, Gheorghe Vlad, Giarrusso Dino, Gieseke Jens, Glavak Sunčana, Glück Andreas, Glucksmann Raphaël, González Mónica Silvana, González Casares Nicolás, Gozi Sandro, Grapini Maria, Gregorová Markéta, Griset Catherine, Groothuis Bart, Grošelj Klemen, Grudler Christophe, Gruffat Claude, Gualmini Elisabetta, Guerreiro Francisco, Guetta Bernard, Guillaume Sylvie, Gusmão José, Guteland Jytte, Gyöngyösi Márton, Győri Enikő, Hahn Svenja, Haider Roman, Hajšel Robert, Hakkarainen Teuvo, Halicki Andrzej, Hansen Christophe, Häusling Martin, Hautala Heidi, Hava Mircea-Gheorghe, Hayer Valérie, Hazekamp Anja, Heide Hannes, Heinäluoma Eero, Herbst Niclas, Herzberger-Fofana Pierrette, Hetman Krzysztof, Hlaváček Martin, Hohlmeier Monika, Hojsík Martin, Holmgren Pär, Hölvényi György, Homs Ginel Alicia, Hoogeveen Michiel, Hristov Ivo, Hübner Danuta Maria, Huhtasaari Laura, Huitema Jan, Ijabs Ivars, Ilčić Ladislav, in 't Veld Sophia, Jadot Yannick, Jahr Peter, Jakeliūnas Stasys, Jaki Patryk, Jalkh Jean-François, Jarubas Adam, Jerković Romana, Jongerius Agnes, Joron Virginie, Joveva Irena, Juknevičienė Rasa, Jurgiel Krzysztof, Jurzyca Eugen, Kaljurand Marina, Kalniete Sandra, Kammerevert Petra, Kanev Radan, Kanko Assita, Karas Othmar, Karski Karol, Katainen Elsi, Kefalogiannis Manolis, Kelleher Billy, Keller Fabienne, Keller Ska, Kelly Seán, Kempa Beata, Kizilyürek Niyazi, Kloc Izabela-Helena, Knotek Ondřej, Kofod Peter, Kohut Łukasz, Kokalari Arba, Kokkalis Petros, Kolaja Marcel, Kolakušić Mislav, Konečná Kateřina, Konstantinou Athanasios, Kopacz Ewa, Kopcińska Joanna, Körner Moritz, Kósa Ádám, Kouloglou Stelios, Kountoura Elena, Kovatchev Andrey, Krah Maximilian, Krasnodębski Zdzisław, Krehl Constanze, Kruk Elżbieta, Kubilius Andrius, Kuhnke Alice, Kuhs Joachim, Kumpula-Natri Miapetra, Kuźmiuk Zbigniew, Kympouropoulos Stelios, Kyrtsos Georgios, Kyuchyuk Ilhan, Lacapelle Jean-Lin, Lagodinsky Sergey, Lancini Danilo Oscar, Lange Bernd, Langensiepen Katrin, Laporte Hélène, Larrouturou Pierre, Laureti Camilla, Lebreton Gilles, Lega David, Leitão-Marques Maria-Manuel, Lenaers Jeroen, Lewandowski Janusz, Lexmann Miriam, Liberadzki Bogusław, Liese Peter, Limmer Sylvia, Lins Norbert, Loiseau Nathalie, Løkkegaard Morten, López Javi, López Aguilar Juan Fernando, López Gil Leopoldo, Lucke Karsten, Luena César, Łukacijewska Elżbieta Katarzyna, Lundgren Peter, McAllister David, MacManus Chris, Maestre Martín De Almagro Cristina, Majorino Pierfrancesco, Maldeikienė Aušra, Maldonado López Adriana, Manders Antonius, Mandl Lukas, Mariani Thierry, Marinescu Marian-Jean, Markey Colm, Marquardt Erik, Marques Margarida, Marques Pedro, Matias Marisa, Matić Predrag Fred, Mato Gabriel, Matthieu Sara, Maurel Emmanuel, Mavrides Costas, Maxová Radka, Mayer Georg, Mazurek Beata, Mažylis Liudas, Mebarek Nora, Meimarakis Vangelis, Melbārde Dace, Melchior Karen, Mélin Joëlle, Melo Nuno, Metsola Roberta, Metz Tilly, Meuthen Jörg, Mihaylova Iskra, Mikser Sven, Millán Mon Francisco José, Miller Leszek, Mituța Alin, Modig Silvia, Monteiro de Aguiar Cláudia, Montserrat Dolors, Morano Nadine, Moreno Sánchez Javier, Moretti Alessandra, Mortler Marlene, Motreanu Dan-Ştefan, Müller Ulrike, Mureşan Siegfried, Nagtegaal Caroline, Nemec Matjaž, Neumann Hannah, Nica Dan, Niebler Angelika, Niedermayer Luděk, Nienaß Niklas, Niinistö Ville, Nikolaou-Alavanos Lefteris, Nistor Gheorghe-Vlad, Noichl Maria, Novak Ljudmila, Novakov Andrey, Ochojska Janina, Oetjen Jan-Christoph, Olbrycht Jan, Olekas Juozas, Olivier Philippe, Omarjee Younous, Orville Max, O'Sullivan Grace, Paet Urmas, Pagazaurtundúa Maite, Panza Alessandro, Papadakis Demetris, Papadakis Kostas, Papadimoulis Dimitrios, Paulus Jutta, Pedicini Piernicola, Pekkarinen Mauri, Peksa Mikuláš, Pelletier Anne-Sophie, Penkova Tsvetelina, Pereira Sandra, Pereira Lídia, Peter-Hansen Kira Marie, Petersen Morten, Picierno Pina, Picula Tonino, Pietikäinen Sirpa, Pignedoli Sabrina, Pimenta Lopes João, Pineda Manu, Pirbakas Maxette, de la Pisa Carrión Margarita, Pisapia Giuliano, Pîslaru Dragoş, Pizarro Manuel, Plumb Rovana, Polčák Stanislav, Polfjärd Jessica, Pollák Peter, Ponsatí Obiols Clara, Poręba Tomasz Piotr, Puigdemont i Casamajó Carles, Radačovský Miroslav, Radev Emil, Radtke Dennis, Rafaela Samira, Rafalska Elżbieta, Rangel Paulo, Regimenti Luisa, Regner Evelyn, Rego Sira, Reil Guido, Reintke Terry, Ressler Karlo, Reuten Thijs, Riba i Giner Diana, Ries Frédérique, Rinaldi Antonio Maria, Ripa Manuela, Riquet Dominique, Roberti Franco, Rodríguez-Piñero Inma, Rodríguez Palop Eugenia, Rodríguez Ramos María Soraya, Rónai Sándor, Rondinelli Daniela, Rookmaker Dorien, Roos Robert, Roose Caroline, Ropė Bronis, Ros Sempere Marcos, Rougé André, Ruiz Devesa Domènec, Rzońca Bogdan, Sagartz Christian, Salini Massimiliano, Sánchez Amor Nacho, Sander Anne, Sant Alfred, Santos Isabel, Sardone Silvia, Sarvamaa Petri, Satouri Mounir, Schaldemose Christel, Schaller-Baross Ernő, Schieder Andreas, Schmiedtbauer Simone, Scholz Helmut, Schuster Joachim, Schwab Andreas, Seekatz Ralf, Semedo Monica, Semsrott Nico, Sidl Günther, Sikorski Radosław, Silva Pereira Pedro, Šimečka Michal, Simon Sven, Sippel Birgit, Skyttedal Sara, Slabakov Andrey, Smeriglio Massimiliano, Šojdrová Michaela, Sokol Tomislav, Solé Jordi, Solís Pérez Susana, Spurek Sylwia, Spyraki Maria, Stancanelli Raffaele, Štefanec Ivan, Ştefănuță Nicolae, Stegrud Jessica, Strik Tineke, Strugariu Ramona, Szydło Beata, Tang Paul, Tarabella Marc, Tarczyński Dominik, Tardino Annalisa, Terheş Cristian, Terras Riho, Tertsch Hermann, Thaler Barbara, Thun und Hohenstein Róża, Tinagli Irene, Tobé Tomas, Tobiszowski Grzegorz, Toia Patrizia, Tomac Eugen, Tomaševski Valdemar, Tomc Romana, Toom Yana, Torvalds Nils, Tošenovský Evžen, Tóth Edina, Toussaint Marie, Trócsányi László, Tudorache Dragoş, Tudose Mihai, Uhrík Milan, Ujhelyi István, Ušakovs Nils, Vaidere Inese, Vana Monika, Van Brempt Kathleen, Vandendriessche Tom, Van Overtveldt Johan, Van Sparrentak Kim, Vautmans Hilde, Vedrenne Marie-Pierre, Verheyen Sabine, Verhofstadt Guy, Villanueva Ruiz Idoia, Villumsen Nikolaj, Vincze Loránt, Vind Marianne, Virkkunen Henna, Vitanov Petar, Vollath Bettina, von Cramon-Taubadel Viola, Vondra Alexandr, Vozemberg-Vrionidi Elissavet, Vrecionová Veronika, Vuolo Lucia, Vázquez Lázara Adrián, Waitz Thomas, Wallace Mick, Walsmann Marion, Warborn Jörgen, Waszczykowski Witold Jan, Weimers Charlie, Weiss Pernille, Wieland Rainer, Wiener Sarah, Wiesner Emma, Wiezik Michal, Winkler Iuliu, Wiseler-Lima Isabel, Wiśniewska Jadwiga, Wölken Tiemo, Wolters Lara, Yoncheva Elena, Zahradil Jan, Zalewska Anna, Zambelli Stefania, Zarzalejos Javier, Ždanoka Tatjana, Zdechovský Tomáš, Zīle Roberts, Zimniok Bernhard, Złotowski Kosma, Zoido Álvarez Juan Ignacio, Zorrinho Carlos, Zovko Željana, Zver Milan

Skużati:

Číž Miroslav, Collard Gilbert, Maydell Eva, Michels Martina, Saryusz-Wolski Jacek, Tolleret Irène, Trillet-Lenoir Véronique

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Jannar 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza