4.2. L-estensjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta' sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita ta' Galileo u tal-GPS u applikazzjonijiet relatati *** (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-estensjoni tal-Ftehim dwar il-promozzjoni, il-provvista u l-użu ta' sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita ta' Galileo u tal-GPS u applikazzjonijiet relatati bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra [06531/2022 - C9-0147/2022- 2022/0005(NLE)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Cristian-Silviu Buşoi (A9-0153/2022)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
Approvazzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2022)0221) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 2)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-ftehim.