Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni, id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u r-Regolament (UE) 2015/757 [COM(2021)0551 - C9-0318/2021 - 2021/0211(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Peter Liese (A9-0162/2022)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
PROPOSTA GĦAL RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Rifjut
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI
Rifjut (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 4)
TALBA GĦAL RIFERIMENT LILL-KUMITAT
Approvazzjoni b'VSI (495 vot favur, 120 kontra, 16-il astensjoni)
Interventi
- qabel il-votazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni kif emendata, Iratxe García Pérez, f'isem il-Grupp S&D, biex titlob sospensjoni qasira tal-operazzjonijiet tal-vot (il-President ħadet azzjoni rigward it-talba);
- wara l-votazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni, Peter Liese (rapporteur), biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli għal eżami mill-ġdid, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura;
- Philippe Lamberts, f'isem il-Grupp Verts/ALE, Manfred Weber, f'isem il-Grupp PPE, Stéphane Séjourné, f'isem il-Grupp Renew, Iratxe García Pérez, f'isem il-Grupp S&D, Manon Aubry, f'isem il-Grupp The Left, u Assita Kanko, f'isem il-Grupp ECR, dwar ir-riżultat tal-votazzjoni.