Il-petizzjonijiet 0408-22 sa 0501-22 iddaħħlu fir-reġistru fid-data 3 ta' Ġunju 2022, u ġew riferuti għand il-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 226(9) u (10) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-President irreferiet fid-data 3 ta' Ġunju 2022, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 226(3) tar-Regoli ta' Proċedura, lill-kumitat responsabbli l-petizzjonijiet li rċieva l-Parlament Ewropew, mibgħuta minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li la huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea u lanqas huma residenti fi Stat Membru, u lanqas ma għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Stat Membru.