Is-sessjoni li ġiet interrotta nhar il-Ħamis 9 ta' Ġunju 2022 tkompliet.
2. Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 14.04.
3. Dikjarazzjoni tal-Presidenza
Il-President għamlet dikjarazzjoni li fiha esprimiet il-kondoljanzi tagħha u f'isem il-Parlament Ewropew lill-familji ta' Dom Phillips, ġurnalist, u ta' Bruno Pereira, difensur tad-drittijiet tal-komunitajiet indiġeni, li nqatlu f’reġjun remot tal-Amażonja.
4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Intervent ta': Patryk Jaki.
⁂
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
5. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-Gruppi S&D u ID ikkomunikaw lill-President id-deċiżjonijiet li ġejjin li jimmodifikaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:
Dawn id-deċiżjonijiet jibda jkollhom effett mid-data tal-lum.
6. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-Kumitat PECH iddeċieda li jidħol f'negozjati interistituzzjonali skont l-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, abbażi tar-rapport segwenti:
kumitat PECH – Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta' miżuri speċifiċi sabiex jittaffew il-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq l-attivitajiet tas-sajd u biex jiġu mitigati l-effetti tat-tfixkil fis-suq ikkawżat minn dik l-aggressjoni militari fuq il-katina tal-provvista ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (COM(2022)0179 – C9-0149/2022 – 2022/0118(COD)) – Rapporteur: Nuno Melo (A9-0182/2022);
Jista' jintalab li jittieħed vot fuq din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura qabel nofsillejl ta' għada, 23 ta' Ġunju 2022.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.
7. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President tal-Parlament se tipproċedi, flimkien mal-President tal-Kunsill, fit-23 ta' Ġunju 2022, għall-iffirmar tal-att li ġej adottat f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi, il-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjoni ta' pajjiżi terzi (Strument għal Akkwist Internazzjonali - IPI) (00015/2022/LEX - C9-0200/2022 - 2012/0060(COD))
8. Atti delegati (Artikolu 111(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn impriża fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 8a ta' dik id-Direttiva (C(2022)03342 - 2022/2720(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 10 ta' Ġunju 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-proċeduri għar-rikonċiljazzjoni tad-data bejn ir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati mir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet biex jivverifika l-konformità mill-kontroparti li tirrapporta jew mill-entità li tressaq ir-rapport mar-rekwiżiti tar-rapportar u biex jivverifika l-kompletezza u l-korrettezza tad-data rrapportata (C(2022)03581 - 2022/2723(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 10 ta' Ġunju 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jestendi l-perjodu tranżizzjonali msemmi fl-Artikolu 89(1), fl-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2022)03584 - 2022/2718(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 9 ta' Ġunju 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stipulati fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 150/2013 fir-rigward tad-dettalji tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni bħala repożitorji tat-tranżazzjonijiet u għall-applikazzjonijiet għall-estensjoni tar-reġistrazzjoni bħala repożitorji tat-tranżazzjonijiet (C(2022)03585 - 2022/2722(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 10 ta' Ġunju 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji minimi tad-data li għandha tiġi rrapportata lir-repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet u t-tip ta' rapporti li għandhom jintużaw (C(2022)03589 - 2022/2721(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 10 ta' Ġunju 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 151/2013 billi jispeċifika ulterjorment il-proċedura biex jiġu aċċessati d-dettalji tad-derivattivi kif ukoll l-arranġamenti tekniċi u operatorji għall-aċċess tagħhom (C(2022)03590 - 2022/2724(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 10 ta' Ġunju 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jitqiesu l-progress tekniku u l-iżviluppi regolatorji li jikkonċernaw l-emendi għar-Regolamenti dwar il-Vetturi adottati fil-kuntest tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (C(2022)03610 - 2022/2714(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 8 ta' Ġunju 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi deroga mill-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-importazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni tal-materjal tal-injam għall-imballaġġ fil-forma ta' kaxxi tal-munizzjon li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka, taħt il-kontroll tad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti, u mmanifatturati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru 2007 (C(2022)03699 - 2022/2719(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 10 ta' Ġunju 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Daniża tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/653 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji dwar il-preżentazzjoni, il-kontenut, ir-rieżami u r-reviżjoni tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija u l-kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li jiġu pprovduti dawn id-dokumenti (C(2022)03773 - 2022/2725(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 13 ta' Ġunju 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tekniċi tal-ittestjar retrospettiv u r-rekwiżiti tal-attribuzzjoni u tal-profitt u t-telf skont l-Artikoli 325bf u 325bg tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (C(2022)03800 - 2022/2727(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 14 ta' Ġunju 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-valutazzjoni tal-mudellabbiltà tal-fatturi ta' riskju skont l-approċċ ta' mudell intern (IMA) u li jispeċifikaw il-frekwenza ta' dik il-valutazzjoni skont l-Artikolu 325be(3) ta' dak ir-Regolament (C(2022)03801 - 2022/2728(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 14 ta' Ġunju 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ħlas tal-pagamenti bil-quddiem għal ċerti interventi u miżuri ta' appoġġ previsti fir-Regolamenti (UE) 2021/2115 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2022)03928 - 2022/2729(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 16 ta' Ġunju 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 658/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġustament lir-rata tal-inflazzjoni tal-ammonti tat-tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għat-twettiq tal-attivitajiet ta' farmakoviġilanza fir-rigward tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (C(2022)03948 - 2022/2730(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 17 ta' Ġunju 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu u li jispeċifikaw l-ostakli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċitar effettiv ta' funzjonijiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti (C(2022)03949 - 2022/2731(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 17 ta' Ġunju 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
9. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Diċembru 2021, Jannar 2022, Frar 2022, Marzu II 2022 u April 2022 huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.
10. Tressiq ta' dokumenti
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) minn istituzzjonijiet oħra
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatus ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti għal żmien twil (riformulazzjoni) (COM(2022)0650 - C9-0162/2022 - 2022/0134(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE opinjoni: EMPL, JURI (Artikolu 110 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċedura ta' applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta' pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta' Stat Membru u dwar ġabra komuni ta' drittijiet għal ħaddiema ta' pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru (riformulazzjoni) (COM(2022)0655 - C9-0163/2022 - 2022/0131(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE opinjoni: EMPL, JURI (Artikolu 110 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-irkupru u l-konfiska tal-assi (COM(2022)0245 - C9-0186/2022 - 2022/0167(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Kroazja fl-1 ta' Jannar 2023 (COM(2022)0282 - C9-0195/2022 - 2022/0179(NLE)) irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta' liberalizzazzjoni tal-kummerċ temporanji li tissupplimenta l-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti tal-Moldova skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (COM(2022)0288 - C9-0198/2022 - 2022/0188(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2022)0241 - C9-0199/2022 - 2022/0165(NLE)) irriferut lill-kumitat responsabbli: EMPL
2) mill-kumitati parlamentari
- Rapport dwar ir-Rapport 2021 tal-Kummissjoni dwar il-Montenegro (2021/2247(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Tonino Picula (A9-0151/2022)
- Rapport dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' inklużjoni fil-qafas ta' Erasmus+ 2014-2020 (2021/2009(INI)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Laurence Farreng (A9-0158/2022)
- Rapport dwar il-futur tal-politika ta' investiment internazzjonali tal-UE (2021/2176(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Anna Cavazzini (A9-0166/2022)
- Rapport dwar il-futur tar-relazzjonijiet kummerċjali UE-Afrika (2021/2178(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Helmut Scholz (A9-0169/2022)
- Rapport dwar l-istrateġija Indo-Paċifika fil-qasam tal-kummerċ u tal-investiment (2021/2200(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Jan Zahradil (A9-0170/2022)
- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (2021/2251(INI)) - Kumitat BUDG - Kumitat ECON - Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial - Rapporteur: Siegfried Mureşan - Rapporteur: Dragoş Pîslaru (A9-0171/2022)
- Rapport dwar l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) (2022/2002(INI)) - Kumitat DEVE - Kumitat ENVI - Rapporteur: Barry Andrews - Rapporteur: Petros Kokkalis (A9-0174/2022)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil (14207/2021 - C9-0478/2021 - 2021/0336(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Cristian-Silviu Buşoi (A9-0176/2022)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi Barranin f'Materji Ċivili jew Kummerċjali (13494/2021 - C9-0465/2021 - 2021/0208(NLE)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Sabrina Pignedoli (A9-0177/2022)
- Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Stephanus Abraham Blok għall-kariga ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri (07888/2022 - C9-0150/2022 - 2022/0805(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Markus Pieper (A9-0180/2022)
- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2022 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 - il-finanzjament tal-ispejjeż ta' akkoljenza tan-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna (09095/2022 - C9-0182/2022 - 2022/0126(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Karlo Ressler (A9-0181/2022)
- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni minn Franza – EGF/2022/001 FR/Air France (COM(2022)0201 - C9-0170/2022 - 2022/0143(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Fabienne Keller (A9-0183/2022)
- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Greċja – EGF/2021/008 EL/Attica electrical equipment manufacturing (COM(2022)0248 - C9-0190/2022 - 2022/0170(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Bogdan Rzońca (A9-0185/2022)
11. Ordni tal-ħidma
L-abbozz finali tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Ġunju II 2022 (PE 733.713/PDOJ) tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Membri skont l-Artikolu 157(3) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-President fakkret fit-talba għall-applikazzjoni tal-proċedura ta' emerġenza (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura) li waslet mill-Kumitat AGRI dwar id-dossier leġiżlattiv li ġej:
Il-votazzjoni dwar din it-talba ssir wara l-adozzjoni tal-aġenda. Jekk tiġi approvata, il-votazzjoni ssir il-Ħamis, 23 ta' Ġunju 2022.
Bil-qbil tal-gruppi politiċi, il-President ipproponiet l-emendi li ġejjin lill-abbozz definittiv tal-aġenda:
L-Erbgħa
Qabel il-ħin tal-votazzjoni, ikun hemm ċiklu ta' kelliema mill-gruppi politiċi dwar il-pakkett "lesti għall-mira ta' 55%".
Minħabba f'hekk, is-seduta se tiġi estiża sal-23.30.
Il-Ħamis
Il-votazzjoni dwar l-'"Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura: Veklury - remdesivir" tneħħiet mill-aġenda b'segwitu għar-rifjut tagħha fil-Kumitat ENVI.
Il-Parlement approva dawn il-proposti.
Il-President irċeviet ukoll it-talba għal bidla li ġejja:
Il-Ħamis
Talba mill-gruppi Verts/ALE, The Left u S&D biex jiġi inkluż, bħala t-tieni punt fuq l-aġenda, dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Vetoes nazzjonali biex jiġi mminat il-ftehim globali dwar it-taxxa", u biex jiġi pospost id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Ir-relazzjonijiet tal-gvern u tan-network diplomatiku Russu ma' partiti tal-lemin estrem u tax-xellug estrem Ewropew fil-kuntest tal-gwerra" (punt 36 tal-PDOJ). Id-dibattitu l-ġdid jingħalaq bil-preżentazzjoni ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li jitressqu għall-vot matul is-sessjoni parzjali ta' Lulju.
Intervent ta': Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifika t-talba.
12. Votazzjonijiet dwar talbiet għall-proċedura urġenti (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-Parlament ġie msejjaħ jivvota fuq it-talba għall-applikazzjoni tal-proċedura urġenti li ġejja ppreżentata mill-Kumitat AGRI:
- Appoġġ temporanju eċċezzjonali skont il-FAEŻR b'rispons għall-impatt tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna ***I [COM(2022)0242 - C9-0185/2022 - 2022/0166(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Il-Parlament approva t-talba għal proċedura urġenti. Il-votazzjoni se ssir għada fil-11.30.
Dawn l-iskadenzi għat-tressiq ġew stabbiliti:
- emendi: 22 ta' Ġunju 2022, 17.00; - votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma: 22 ta' Ġunju 2022, 20.00.
13. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż ma' dawn il-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, mehmuża ma' dawn il-Minuti, huma disponibbli fis-sit tal-internet tal-Parlament.
Interventi ta': Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Manon Aubry, f'isem il-Grupp The Left, Sylvia Limmer, Esther de Lange (rapporteur), Zdzisław Krasnodębski u Alexandr Vondra dwar il-votazzjoni fuq ir-rapporti A9-0162/2022, A9-0157/2022 u A9-0160/2022 (il-President għamlet xi preċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 183(3) tar-Regoli ta' Proċedura).
⁂
Interventi ta': Peter Liese (rapporteur) u, f'ċiklu ta' kelliema mill-gruppi politiċi, Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Iratxe García Pérez f'isem il-Grupp S&D, Pascal Canfin f'isem il-Grupp Renew, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Aurélia Beigneux f'isem il-Grupp ID, Alexandr Vondra f'isem il-Grupp ECR, Silvia Modig, f'isem il-Grupp The Left, u Philippe Lamberts rigward kwistjoni personali b'segwitu għall-intervent ta' Manfred Weber.
13.1. Reviżjoni tal-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti ta' Emissjonijiet tal-UE ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni, id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u r-Regolament (UE) 2015/757 [COM(2021)0551 - C9-0318/2021 - 2021/0211(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Peter Liese (A9-0162/2022)
Rifjut (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 1)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI
Approvazzjoni(P9_TA(2022)0246) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 1)
TALBA GĦAL RIFERIMENT LILL-KUMITAT
Approvazzjoni
Interventi
Wara l-votazzjoni fuq il-proposta tal-Kummissjoni, Peter Liese (rapporteur), biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli, għall-finijiet ta' negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura.
13.2. Fond Soċjali għall-Klima ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima [COM(2021)0568 - C9-0324/2021 - 2021/0206(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteurs: David Casa u Esther de Lange (A9-0157/2022)
Approvata kif emendata (P9_TA(2022)0247) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 2)
TALBA GĦAL RIFERIMENT LILL-KUMITAT
Approvazzjoni
Interventi
Wara l-votazzjoni fuq il-proposta tal-Kummissjoni, David Casa (rapporteur), biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli, għall-finijiet ta' negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura.
PRESIDENZA: Pedro SILVA PEREIRA Viċi President
13.3. Mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri [COM(2021)0564 - C9-0328/2021 - 2021/0214(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Mohammed Chahim (A9-0160/2022)
Rifjut (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 3)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI
Approvazzjoni(P9_TA(2022)0248) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 3)
TALBA GĦAL RIFERIMENT LILL-KUMITAT
Approvazzjoni
Interventi
Wara l-votazzjoni fuq il-proposta tal-Kummissjoni, Mohammed Chahim (rapporteur), biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat responsabbli, għall-finijiet ta' negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura.
PRESIDENZA: Roberta METSOLA President
14. Din hija l-Ewropa - Dibattitu mal-Prim Ministru tal-Kroazja, Andrej Plenković (dibattitu)
Din hija l-Ewropa - Dibattitu mal-Prim Ministru tal-Kroazja, Andrej Plenković(2022/2709(RSP))
Il-President għamlet dikjarazzjoni qasira biex tintroduċi d-dibattitu.
Intervent ta': Andrej Plenković (Prim Ministru tal-Kroazja).
Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Biljana Borzan f'isem il-Grupp S&D, Klemen Grošelj f'isem il-Grupp Renew, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gunnar Beck f'isem il-Grupp ID, Eugen Jurzyca f'isem il-Grupp ECR, Cornelia Ernst, f'isem il-Grupp The Left, u Ivan Vilibor Sinčić Membru mhux affiljat.
Intervent ta': Andrej Plenković.
Id-dibattitu ngħalaq.
PRESIDENZA: Rainer WIELAND Viċi President
15. Tħejjija tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ġunju 2022, inkluża l-laqgħa mal-mexxejja tal-Balkani tal-Punent fit-23 ta' Ġunju - L-istatus ta' kandidat tal-Ukrajna, tar-Repubblika tal-Moldova u tal-Georgia (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Tħejjija tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ġunju 2022, inkluża l-laqgħa mal-mexxejja tal-Balkani tal-Punent fit-23 ta' Ġunju (2022/2660(RSP))
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: L-istatus ta' kandidat tal-Ukrajna, tar-Repubblika tal-Moldova u tal-Georgia (2022/2716(RSP))
Clément Beaune (President fil-kariga tal-Kunsill) u Ursula von der Leyen (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Rasa Juknevičienė f'isem il-Grupp PPE, Iratxe García Pérez f'isem il-Grupp S&D, Stéphane Séjourné f'isem il-Grupp Renew, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marco Zanni f'isem il-Grupp ID, Raffaele Fitto f'isem il-Grupp ECR, Manon Aubry, f'isem il-Grupp The Left, Mario Furore Membru mhux affiljat, Siegfried Mureşan u Simona Bonafè.
PRESIDENZA: Othmar KARAS Viċi President
Interventi ta': Petras Auštrevičius, Viola von Cramon-Taubadel, Jaak Madison, Beata Szydło, Idoia Villanueva Ruiz, Kinga Gál, Antonio Tajani, Tonino Picula, Dragoş Tudorache, Tineke Strik, Harald Vilimsky, Anna Fotyga, Francesca Donato, François-Xavier Bellamy, Rovana Plumb, li wieġbet ukoll mistoqsija karta blu ta' Eugen Tomac, Ilhan Kyuchyuk, Reinhard Bütikofer, Bernhard Zimniok, Ladislav Ilčić, Vangelis Meimarakis, Gabriele Bischoff, Tom Vandendriessche, Paulo Rangel, Isabel Santos, li wieġbet ukoll mistoqsija karta blu ta' Paulo Rangel, Seán Kelly u Sven Mikser.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Andrius Kubilius, Maria Grapini, Miriam Lexmann, Juozas Olekas u Maria Spyraki.
Interventi ta': Clément Beaune u Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni).
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Petras Auštrevičius, Dragoş Tudorache, Vlad Gheorghe, Bernard Guetta, Urmas Paet, Frédérique Ries, Michal Šimečka, Ramona Strugariu, Nathalie Loiseau u José Ramón Bauzá Díaz, f'isem il-Grupp Renew, dwar l-istatus ta' kandidat tal-Ukrajna, tar-Repubblika tal-Moldova u tal-Georgia (2022/2716(RSP)) (B9-0331/2022);
- Viola Von Cramon-Taubadel, Reinhard Bütikofer, Thomas Waitz, Bronis Ropė, Ernest Urtasun, Hannah Neumann, Anna Cavazzini, Francisco Guerreiro, Michael Bloss, Terry Reintke, Markéta Gregorová, Jakop G. Dalunde, Alice Kuhnke, Pär Holmgren, Sergey Lagodinsky, Katrin Langensiepen u Heidi Hautala, f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar l-istatus ta' kandidat tal-Ukrajna, tar-Repubblika tal-Moldova u tal-Georgia (2022/2716(RSP)) (B9-0332/2022);
- Idoia Villanueva Ruiz, f'isem il-Grupp The Left, dwar l-istatus ta' kandidat tal-Ukrajna, tar-Repubblika tal-Moldova u tal-Georgia (2022/2716(RSP)) (B9-0333/2022);
- Manfred Weber, Michael Gahler, Andrzej Halicki, Miriam Lexmann, Rasa Juknevičienė, David McAllister, Željana Zovko, Siegfried Mureşan, Paulo Rangel, Andrius Kubilius, Jerzy Buzek, Traian Băsescu, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Ioan-Rareş Bogdan, Daniel Buda, Cristian-Silviu Buşoi, Gheorghe Falcă, Tomasz Frankowski, Sunčana Glavak, Mircea-Gheorghe Hava, Sandra Kalniete, Arba Kokalari, Andrey Kovatchev, David Lega, Antonio López-Istúriz White, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Aušra Maldeikienė, Lukas Mandl, Marian-Jean Marinescu, Gabriel Mato, Liudas Mažylis, Dan-Ştefan Motreanu, Gheorghe-Vlad Nistor, Janina Ochojska, Radosław Sikorski, Michaela Šojdrová, Eugen Tomac, Inese Vaidere, Loránt Vincze, Iuliu Winkler, Isabel Wiseler-Lima, Alexander Alexandrov Yordanov u Milan Zver, f'isem il-Grupp PPE, dwar l-istatus ta' kandidat tal-Ukrajna, tar-Repubblika tal-Moldova u tal-Georgia (2022/2716(RSP)) (B9-0334/2022);
- Pedro Marques u Tonino Picula, f'isem il-Grupp S&D, dwar l-istatus ta' kandidat tal-Ukrajna, tar-Repubblika tal-Moldova u tal-Georgia (2022/2716(RSP)) (B9-0335/2022);
- Raffaele Fitto, Ryszard Antoni Legutko, Anna Fotyga, Beata Kempa, Bogdan Rzońca, Elżbieta Rafalska, Jadwiga Wiśniewska, Ryszard Czarnecki, Patryk Jaki, Alexandr Vondra, Anna Zalewska, Beata Mazurek, Beata Szydło, Dominik Tarczyński, Elżbieta Kruk, Eugen Jurzyca, Grzegorz Tobiszowski, Joanna Kopcińska, Kosma Złotowski, Raffaele Stancanelli, Roberts Zīle, Tomasz Piotr Poręba, Valdemar Tomaševski, Veronika Vrecionová, Witold Jan Waszczykowski, Zbigniew Kuźmiuk u Zdzisław Krasnodębski, f'isem il-Grupp ECR, dwar l-istatus ta' kandidat tal-Ukrajna, tar-Repubblika tal-Moldova u tal-Georgia (2022/2716(RSP)) (B9-0336/2022).
16. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-Gruppi S&D u Renew ikkomunikaw lill-President id-deċiżjonijiet li ġejjin li jimmodifikaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:
Kumitat EMPL: Michal Šimečka ma baqax membru
Kumitat FEMM: Michal Šimečka minflok Hilde Vautmans
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun: Tsvetelina Penkova minflok Alessandra Moretti
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Serbja: Alessandra Moretti minflok Tsvetelina Penkova
Dawn id-deċiżjonijiet jibda jkollhom effett mid-data tal-lum.
17. L-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (dibattitu)
Rapport dwar l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) [2022/2002(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteurs: Barry Andrews u Petros Kokkalis (A9-0174/2022)
Barry Andrews u Petros Kokkalis ippreżentaw ir-rapport.
Intervent ta': Paolo Gentiloni (membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Stelios Kympouropoulos f'isem il-Grupp PPE, Rovana Plumb f'isem il-Grupp S&D, Stéphane Bijoux f'isem il-Grupp Renew, Caroline Roose f'isem il-Grupp Verts/ALE, Beata Kempa f'isem il-Grupp ECR, Miguel Urbán Crespo, f'isem il-Grupp The Left, Janina Ochojska, Eric Andrieu, Grace O'Sullivan u Maria Spyraki.
PRESIDENZA: Katarina BARLEY Viċi President
Intervent ta': Lídia Pereira.
Interventi ta': Paolo Gentiloni, Barry Andrews u Petros Kokkalis.
18. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Is-Segretarjat tal-Membri mhux affiljati kkomunika lill-President id-deċiżjonijiet li ġejjin li jimmodifikaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:
Kumitat EMPL: Nicolas Bay
Kumitat ENVI: Jérôme Rivière
Kumitat TRAN: Gilbert Collard
Dawn id-deċiżjonijiet jibda jkollhom effett mid-data tal-lum.
19. Implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (dibattitu)
Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza [2021/2251(INI)] - Kumitat għall-Baġits - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Eider Gardiazabal Rubial, Siegfried Mureşan u Dragoş Pîslaru (A9-0171/2022)
Eider Gardiazabal Rubial, Siegfried Mureşan u Dragoş Pîslaru ppreżentaw ir-rapport.
Intervent ta': Paolo Gentiloni (membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Isabel García Muñoz (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CONT), Niklas Nienaß (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), José Manuel Fernandes f'isem il-Grupp PPE, Costas Mavrides f'isem il-Grupp S&D, Luis Garicano f'isem il-Grupp Renew, Damian Boeselager f'isem il-Grupp Verts/ALE, Antonio Maria Rinaldi f'isem il-Grupp ID, Johan Van Overtveldt f'isem il-Grupp ECR, Dimitrios Papadimoulis, f'isem il-Grupp The Left, Lídia Pereira, Irene Tinagli, Valérie Hayer, Michiel Hoogeveen, José Gusmão, Andrey Novakov, Rovana Plumb, Iskra Mihaylova, Isabel Benjumea Benjumea, Marek Belka, Katalin Cseh, Lefteris Christoforou, Pedro Silva Pereira, Anna-Michelle Asimakopoulou u Margarida Marques.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Miriam Lexmann, Victor Negrescu u João Pimenta Lopes.
Interventi ta': Paolo Gentiloni, Eider Gardiazabal Rubial, Siegfried Mureşan u Dragoş Pîslaru.
20. Miżuri ta' inklużjoni fil-qafas ta' Erasmus+ 2014-2020 (dibattitu)
Rapport dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' inklużjoni fil-qafas ta' Erasmus+ 2014-2020 [2021/2009(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Laurence Farreng (A9-0158/2022)
Laurence Farreng ippreżentat ir-rapport.
PRESIDENZA: Nicola BEER Viċi President
Intervent ta': Mariya Gabriel (membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Jordi Cañas (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PETI), Željana Zovko f'isem il-Grupp PPE, Alex Agius Saliba f'isem il-Grupp S&D, Vlad-Marius Botoş f'isem il-Grupp Renew, Romeo Franz f'isem il-Grupp Verts/ALE, Christine Anderson f'isem il-Grupp ID, Andrey Slabakov f'isem il-Grupp ECR, Niyazi Kizilyürek, f'isem il-Grupp The Left, Andrea Bocskor Membru mhux affiljata, Massimiliano Smeriglio, Michaela Šojdrová, Marcos Ros Sempere u Agnès Evren.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Walsh u Juozas Olekas.
Interventi ta': Mariya Gabriel u Laurence Farreng.
Interventi ta': Željana Zovko f'isem il-Grupp PPE, Thijs Reuten f'isem il-Grupp S&D, Klemen Grošelj f'isem il-Grupp Renew, Thomas Waitz f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jean-Lin Lacapelle f'isem il-Grupp ID, Tomislav Sokol u Matjaž Nemec.
Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Juozas Olekas.
Rapport dwar il-futur tar-relazzjonijiet kummerċjali UE-Afrika [2021/2178(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Helmut Scholz (A9-0169/2022)
Interventi ta': Luke Ming Flanagan (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Gabriel Mato f'isem il-Grupp PPE, Joachim Schuster f'isem il-Grupp S&D, Samira Rafaela f'isem il-Grupp Renew, Saskia Bricmont f'isem il-Grupp Verts/ALE, Markus Buchheit f'isem il-Grupp ID, Vincenzo Sofo f'isem il-Grupp ECR, Ernő Schaller-Baross Membru mhux affiljat, Fulvio Martusciello, Carlos Zorrinho, Barry Andrews, Philippe Olivier u Karin Karlsbro.
23. Il-futur tal-politika ta' investiment internazzjonali tal-UE (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar il-futur tal-politika ta' investiment internazzjonali tal-UE [2021/2176(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Anna Cavazzini (A9-0166/2022)
Anna Cavazzini għamlet il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Inma Rodríguez-Piñero u Maria Grapini.
24. Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3: finanzjament tal-ispejjeż ta' akkoljenza tan-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2022 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022 – Il-finanzjament tal-ispejjeż ta' akkoljenza tan-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna [09095/2022 - C9-0182/2022 - 2022/0126(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Karlo Ressler (A9-0181/2022)
Karlo Ressler għamel il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Lefteris Christoforou, Eugen Tomac u Victor Negrescu.
25. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 172 tar-Regoli ta' Proċedura:
Lefteris Christoforou, Eugen Tomac, Maria Grapini, Victor Negrescu, Vlad-Marius Botoş, Grace O'Sullivan, Christine Anderson, Michiel Hoogeveen, Sandra Pereira, Tatjana Ždanoka, Dino Giarrusso, Anna-Michelle Asimakopoulou, Fulvio Martusciello, Adriana Maldonado López, Francisco Guerreiro, Virginie Joron, Jessica Stegrud, João Pimenta Lopes, Peter Pollák, Gunnar Beck, Cristian Terheş u Pernando Barrena Arza.
26. Spjegazzjonijiet tal-vot
Spjegazzjonijiet tal-vot orali
Rapport Peter Liese - A9-0162/2022 Jessica Stegrud
Spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 194 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-internet tal-Parlament.
27. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jinsabu fid-dokument “Riżultati tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet”, anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament. Huma indikati għal skopijiet ta' informazzjoni biss u ma jbiddlu bl-ebda mod ir-riżultat tal-votazzjoni kif imħabbra fil-plenarja.
Id-dokument jiġi aġġornat regolarment tul perjodu massimu ta' ġimagħtejn wara s-sessjoni parzjali.
Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-lista tal-korrezzjonijiet għall-voti u tal-intenzjonijiet tal-vot tingħalaq sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
28. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 733.713/OJ).