Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 5k
L-Erbgħa, 6 ta' Lulju 2022 - Strasburgu

26. Atti delegati (Artikolu 111(2) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi I, II, IV u V tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi għal vetturi prodotti f'serje illimitata, vetturi prodotti f'serje żgħira, vetturi kompletament awtomatizzati prodotti f'serje żgħira u vetturi bi skop speċjali, u fir-rigward tal-aġġornament tas-software (C(2022)03823 - 2022/2732(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 20 ta' Ġunju 2022

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jirrettifika ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda l-programmi ta' appoġġ nazzjonali fis-settur tal-inbid u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (C(2022)04237 - 2022/2738(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 27 ta' Ġunju 2022

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-għalf tal-proteini mhux organiku għall-produzzjoni tal-bhejjem organiċi minħabba l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna (C(2022)04275 - 2022/2737(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 27 ta' Ġunju 2022

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura fir-rigward tad-dati tal-bidu u tat-tul tal-perjodi ta' inammissibbiltà tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ (C(2022)04292 - 2022/2740(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 29 ta' Ġunju 2022

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Direttiva Delegata tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-irtirar ta' ċerti eżenzjonijiet fir-rigward tal-prodotti tat-tabakk imsaħħna (C(2022)04367 - 2022/2739(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 29 ta' Ġunju 2022

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2020/1429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta' referenza (C(2022)04477 - 2022/2741(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 29 ta' Ġunju 2022

irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/1077 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni (C(2022)04488 - 2022/2757(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 4 ta' Lulju 2022

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Novembru 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza