20. Deċiżjoni biex tiġi applikata l-proċedura b'kumitat konġunt (Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura)
(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 30 ta' Ġunju 2022)
- Emenda tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (COM(2022)0184 - C9-0154/2022 - 2022/0125(COD)) Kumitati: BUDG, CONT
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra (COM(2022)0089 - C9-0059/2022 - 2022/0068(COD)) Kumitati: AFET, INTA, AFCO (opinjoni: ITRE, IMCO, TRAN, AGRI, PECH, JURI)
- Il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (COM(2022)0105 - C9-0058/2022 - 2022/0066(COD)) Kumitati: LIBE, FEMM (opinjoni: BUDG, EMPL (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO, JURI)