Il-kumitat responsabbli ressaq din ir-rettifika ta' test approvat mill-Parlament Ewropew:
- Rettifika P9_TA(2022)0269(COR01) tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Lulju 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE P9_TA(2022)0269 (COM(2020)0825 - C9-0418/2020 - 2020/0361(COD)) - Kumitat IMCO
Din ir-rettifika titqies approvata ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn 24 siegħa, issir talba biex jittieħed vot fuqha skont l-Artikolu 241(4) tar-Regoli ta' Proċedura.