Il-President ipproponiet il-modifika li ġejja tal-aġenda:
Bi ftehim mal-gruppi politiċi u skont l-Artikolu 158(2) tar-Regoli ta' Proċedura, is-seduta li għaddejja bħalissa se tiġi estiża sal-23.00.
Il-Parlament qabel ma' din il-proposta. L-aġenda b'hekk ġiet emendata.