1. Atti delegati (Artikolu 111(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/444 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni (C(2022)05976 - 2022/2877(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 11 ta' Ottubru 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-tipi ta' fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju għal skoperturi ggarantiti bi proprjetà immobbli u l-kundizzjonijiet li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-valuri minimi ta' telf fil-każ ta' inadempjenza għal skoperturi ggarantiti minn proprjetà immobbli (C(2022)06941 - 2022/2873(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 5 ta' Ottubru 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Direttiva Delegata tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġornament tal-lista ta' prodotti relatati mad-difiża f'konformità mal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea aġġornata tal-21 ta' Frar 2022 (C(2022)06970 - 2022/2872(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 5 ta' Ottubru 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 (C(2022)07104 - 2022/2875(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 11 ta' Ottubru 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 fir-rigward tat-taqsimiet ta' Franza u tar-Renju Unit fin-Network ta' Informazzjoni tal-Kontabbiltà Agrikola tal-Unjoni (C(2022)07136 - 2022/2885(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 12 ta' Ottubru 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji li jemendaw ir-Regolament Delegat (UE) Nru 241/2014 fir-rigward tal-permess minn qabel biex jitnaqqsu l-fondi proprji u r-rekwiżiti relatati mal-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli (C(2022)07138 - 2022/2876(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 11 ta' Ottubru 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2018/273 fir-rigward tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli (C(2022)07185 - 2022/2890(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 13 ta' Ottubru 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/891 u li jħassar ir-Regolamenti Delegati (UE) Nru 611/2014, UE 2015/1366 u (UE) 2016/1149 applikabbli għal skemi ta' għajnuna f'ċerti setturi agrikoli (C(2022)07227 - 2022/2892(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 17 ta' Ottubru 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji (C(2022)07233 - 2022/2891(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 17 ta' Ottubru 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta' dak ir-Regolament (C(2022)07247 - 2022/2893(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 17 ta' Ottubru 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 fir-rigward ta' miżuri tekniċi speċifiċi biex jitnaqqsu l-qabdiet aċċessorji tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku (C(2022)07280 - 2022/2889(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 13 ta' Ottubru 2022
irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH
Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 fir-rigward tad-deroga għad-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tal-gandoffli ta' Venere (Venus spp.) fl-ilmijiet territorjali tal-Italja C(2022)05726 - 2022/2795(DEA)
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta': 22 ta' Awwissu 2022
Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn supplementari fuq talba tal-Parlament