2. Il-ġustizzja razzjali, in-nondiskriminazzjoni u l-ġlieda kontra r-razziżmu fl-UE (dibattitu)
Rapport dwar il-ġustizzja razzjali, in-nondiskriminazzjoni u l-ġlieda kontra r-razziżmu fl-UE [2022/2005(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Evin Incir (A9-0254/2022)
Evin Incir ippreżentat ir-rapport.
Intervent ta': Helena Dalli (membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Seán Kelly f'isem il-Grupp PPE, Juan Fernando López Aguilar f'isem il-Grupp S&D, Maite Pagazaurtundúa f'isem il-Grupp Renew, Romeo Franz f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ID, Assita Kanko f'isem il-Grupp ECR, Malin Björk, f'isem il-Grupp The Left, Mislav Kolakušić Membru mhux affiljat, Peter Pollák, Marc Angel, Hilde Vautmans, Alice Kuhnke, Tom Vandendriessche, Patryk Jaki, Nicolas Bay, Cyrus Engerer, Samira Rafaela, Pierrette Herzberger-Fofana, Susanna Ceccardi, Laura Ferrara, Theresa Bielowski u Pietro Bartolo.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Grapini, Ana Miranda, Mick Wallace u Juozas Olekas.
3. Livell għoli komuni ta' ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, u tħassir tad-Direttiva (UE) 2016/1148 [COM(2020)0823 - C9-0422/2020 - 2020/0359(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Bart Groothuis (A9-0313/2021)
Bart Groothuis ippreżenta r-rapport.
PRESIDENZA: Pina PICIERNO Viċi President
Intervent ta': Margrethe Vestager (Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Markéta Gregorová (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Morten Løkkegaard (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Jakop G. Dalunde (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Eva Maydell f'isem il-Grupp PPE, Eva Kaili f'isem il-Grupp S&D, Maite Pagazaurtundúa f'isem il-Grupp Renew, Rasmus Andresen f'isem il-Grupp Verts/ALE, Paolo Borchia f'isem il-Grupp ID, Evžen Tošenovský f'isem il-Grupp ECR, Marisa Matias,f'isem il-Grupp The Left, Maria da Graça Carvalho, Carlos Zorrinho, Izaskun Bilbao Barandica, Johan Nissinen, Cristian-Silviu Buşoi, Christel Schaldemose, Billy Kelleher, Pilar del Castillo Vera, Angelika Niebler, Deirdre Clune u Henna Virkkunen.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Grapini u Morten Løkkegaard.
Interventi ta': Margrethe Vestager u Bart Groothuis.
Il-President tat ġieħ lill-memorja ta' Werner Schulz, ex Membru Parlamentari, li miet fid-9 ta' Novembru 2022.
Intervent ta': Terry Reintke.
5. Ħin tal-votazzjonijiet
Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż ma' dawn il-Minuti.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, mehmuża ma' dawn il-Minuti, huma disponibbli fis-sit tal-internet tal-Parlament.
5.1. Ftehim bejn l-UE u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq *** (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq [11050/2022 - C9-0292/2022 - 2022/0200(NLE)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Marian-Jean Marinescu (A9-0263/2022)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
Approvazzjoni (P9_TA(2022)0376) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 1)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
5.2. Ftehim bejn l-UE u l-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq *** (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Moldova dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq [11052/2022 - C9-0304/2022 - 2022/0201(NLE)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Marian-Jean Marinescu (A9-0262/2022)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
Approvazzjoni (P9_TA(2022)0377) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 2)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
5.3. Il-konklużjoni ta' ftehim fil-qafas tal-GATS dwar il-modifika tal-iskedi ta' impenji speċifiċi *** (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' ftehim dwar il-modifika tal-iskedi ta' impenji speċifiċi skont il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi biex jiġi inkorporat l-Anness 1 tad-Dikjarazzjoni dwar il-Konklużjoni ta' Negozjati dwar ir-Regolamentazzjoni Domestika tas-Servizzi tat-2 ta' Diċembru 2021 [09982/2022 - C9-0224/2022 - 2022/0174(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Bernd Lange (A9-0257/2022)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
Approvazzjoni (P9_TA(2022)0378) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 3)
Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern [COM(2021)0223 - C9-0167/2021- 2021/0114(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Christophe Hansen (A9-0135/2022)
L-ewwel votazzjoni saret fid-data 4 ta' Mejju 2022 u l-kwistjoni ġiet riferuta lill-kumitat responsabbli fi tmiem in-negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura (punt 8.3 tal-minuti tad-data 4.5.2022).
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
FTEHIM PROVIŻORJU
Adozzjoni (P9_TA(2022)0379) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 4)
Adozzjoni(P9_TA(2022)0379) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 4)
Interventi
Christophe Hansen biex jagħmel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 159(4) tar-Regoli ta' Proċedura, u Margrethe Vestager (Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni).
5.5. Id-Direttiva dwar ir-Rapportar Korporattiv Sostenibbli ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u r-Regolament (UE) Nru 537/2014, fir-rigward tar-rapportar korporattiv sostenibbli [COM(2021)0189 - C9-0147/2021 - 2021/0104(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Pascal Durand (A9-0059/2022)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
FTEHIM PROVIŻORJU
Adozzjoni(P9_TA(2022)0380) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 5)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014 [COM(2020)0595 - C9-0304/2020 - 2020/0266(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Billy Kelleher (A9-0341/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
FTEHIM PROVIŻORJU
Adozzjoni(P9_TA(2022)0381) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 6)
L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.
Interventi
Gunnar Beck f'isem il-Grupp ID, biex jitlob, skont l-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura, li l-Parlament jipproċedi b'votazzjoni dwar l-emendi minflok fuq il-ftehim proviżorju. Il-Parlament rrifjuta t-talba.
Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/43/KE, 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u (UE) 2016/2341 [COM(2020)0596 - C9-0303/2020 - 2020/0268(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Mikuláš Peksa (A9-0340/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
FTEHIM PROVIŻORJU
Adozzjoni(P9_TA(2022)0382) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 7)
L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.
5.8. Livell għoli komuni ta' ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, u tħassir tad-Direttiva (UE) 2016/1148 [COM(2020)0823 - C9-0422/2020 - 2020/0359(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Bart Groothuis (A9-0313/2021)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
FTEHIM PROVIŻORJU
Adozzjoni(P9_TA(2022)0383) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 8)
L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.
Interventi
Patrick Breyer f'isem il-Grupp Verts/ALE, biex jitlob, skont l-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura, li l-Parlament jipproċedi b'votazzjoni dwar l-emendi minflok fuq il-ftehim proviżorju. B'VSI (123 favur, 459 kontra u 28 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.
5.9. Il-Kapitoli tar-REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/241 fir-rigward tal-Kapitoli tar-REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060, ir-Regolament (UE) 2021/2115, id-Direttiva 2003/87/KE u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 [COM(2022)0231 - C9-0183/2022 - 2022/0164(COD)] - Kumitat għall-Baġits - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Eider Gardiazabal Rubial, Siegfried Mureşan u Dragoş Pîslaru (A9-0260/2022)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI
Approvazzjoni(P9_TA(2022)0384) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 9)
TALBA GĦAL RIFERIMENT LILL-KUMITAT
Approvazzjoni
Interventi
Wara l-votazzjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni, Siegfried Mureşan (rapporteur), biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-kumitat kompetenti bil-għan li jitwettqu negozjati interistituzzjonali, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura.
5.10. L-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Kroazja * (votazzjoni)
Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fir-Repubblika tal-Kroazja [10624/2022 - C9-0222/2022 - 2022/0806(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Paulo Rangel (A9-0264/2022)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
Rifjut (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 10)
ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
Approvazzjoni b'emendi (P9_TA(2022)0385) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 10)
5.11. Ħatra tal-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni [N9-0068/2022 - C9-0352/2022 - 2022/0905(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0259/2022)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Votazzjoni b'mod sigriet (Artikolu 191(1) tar-Regoli ta' Proċedura))
PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI: ĦATRA TA' DOMINIQUE LABOUREIX
5.12. Ħatra ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għall-ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni [N9-0067/2022 - C9-0351/2022 - 2022/0904(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0258/2022)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Votazzjoni b'mod sigriet (Artikolu 191(1) tar-Regoli ta' Proċedura))
5.13. L-isport elettroniku u l-video games (votazzjoni)
Rapport dwar l-isport elettroniku u l-video games [2022/2027(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Laurence Farreng (A9-0244/2022)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Adozzjoni (P9_TA(2022)0388) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 13)
5.14. Il-ġustizzja razzjali, in-nondiskriminazzjoni u l-ġlieda kontra r-razziżmu fl-UE (votazzjoni)
Rapport dwar il-ġustizzja razzjali, in-nondiskriminazzjoni u l-ġlieda kontra r-razziżmu fl-UE [2022/2005(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Evin Incir (A9-0254/2022)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Adozzjoni (P9_TA(2022)0389) (Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 14)
Interventi
Assita Kanko, biex tippreżenta emenda orali sabiex iżżid paragrafu ġdid wara l-paragrafu 6 (il-Parlament ma aċċettax li l-emenda orali titressaq għall-votazzjoni, billi iktar minn 38 Membru kienu kontriha), u Pierrette Herzberger-Fofana.
Rapport Bart Groothuis – A9-0313/2021 Seán Kelly, Clare Daly, Eugen Tomac, Stanislav Polčák
Rapport Eider Gardiazabal Rubial, Siegfried Mureşan, Dragoş Pîslaru – A9-0260/2022 Seán Kelly, Eugen Tomac, Angel Dzhambazki
Rapport Paulo Rangel – A9-0264/2022 Eugen Tomac, Vlad Gheorghe, Clare Daly, Angel Dzhambazki, Stanislav Polčák
Rapport Evin Incir – A9-0254/2022 Clare Daly, Angel Dzhambazki, Stanislav Polčák
Spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 194 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-internet tal-Parlament.
8. Approvazzjoni tal-minuti tas-sessjoni li għaddejja u trażmissjoni tat-testi adottati
Skont l-Artikolu 202(3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-minuti tas-seduta li għaddejja u l-minuti tas-seduta tal-bieraħ se jitressqu għall-approvazzjoni tal-Parlament fil-bidu tas-seduta li jmiss.
Bil-qbil tal-Parlament, it-testi adottati waqt is-sessjoni parzjali li għaddejja se jgħaddu minn issa lid-destinatarji tagħhom.
9. Kalendarju tas-seduti li jmiss
Is-seduti li jmiss se jsiru mid-data 21 ta' Novembru 2022 sad-data 24 ta' Novembru 2022.
10. Għeluq tas-seduta
Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 11.57.
11. Interruzzjoni tas-sessjoni
Is-sessjoni tal-Parlament Ewropew ġiet interrotta.
Klaus Welle
Roberta Metsola
Segretarju Ġenerali
President
LISTA TA' DOKUMENTI LI JIFFURMAW IL-BAŻI GĦAD-DIBATTITI U D-DEĊIŻJONIJIET TAL-PARLAMENT
1. Trasferimenti ta' approprjazzjonijiet u deċiżjonijiet baġitarji
Skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet ta' INF 2/2022, INF 3/2022, INF 4/2022 - Taqsima IV - Qorti tal-Ġustizzja.
Skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet ta' V/AB-05/C/22, V/AB-06/C/22, V/AB-07/C/22, V/AB-08/C/22 - Taqsima V - Qorti tal-Awdituri.
Skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet ta' INF 2/2022 - Taqsima X - Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
Skont l-Artikolu 31(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea DEC 16/2022, DEC 17/2022, DEC 18/2022, DEC 19/2022, DEC 21/2022, DEC 22/2022, DEC 23/2022 - Taqsima III - Kummissjoni.
Skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet ta' INF 3/2022, INF 4/2022 - Taqsima VI - Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
Skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet ta' INF 4/2022 - Taqsima VII - Kumitat tar-Reġjuni.
Skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet ta' N°5/2022 - Taqsima VIII - Ombudsman Ewropew.
Skont l-Artikolu 31(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea DEC 19/2022 et DEC 21/2022 - Taqsima III - Kummissjoni.
Skont l-Artikolu 31(6) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea DEC 16/2022 et DEC 20/2022 - Taqsima III - Kummissjoni.
2. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) minn istituzzjonijiet oħra
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 22/2022 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N9-0070/2022 - C9-0355/2022 - 2022/2173(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 23/2022 - Taqsima III - Il-Kummissjoni (N9-0071/2022 - C9-0356/2022 - 2022/2174(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet INF 3/2022 - Taqsima VI - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (N9-0072/2022 - C9-0357/2022 - 2022/2175(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet INF 4/2022 - Taqsima VI - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (N9-0073/2022 - C9-0358/2022 - 2022/2176(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet INF 4/2022 - Taqsima VII - Il-Kumitat tar-Reġjuni (N9-0074/2022 - C9-0359/2022 - 2022/2177(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet 5/2022 - Taqsima VIII - L-Ombudsman Ewropew (N9-0075/2022 - C9-0360/2022 - 2022/2178(GBD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
2) mill-Membri
- Gianantonio Da Re. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri maħsuba għall-ġlieda kontra s-sajd illegali u għar-rispett tal-legalità u tal-ambjent (B9-0458/2022) irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH
- Jordan Bardella. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-finanzjament u l-promozzjoni mill-istituzzjonijiet Ewropej tal-organizzazzjonijiet li jxerrdu l-ideoloġija Iżlamista (B9-0459/2022) irriferut lill-kumitat responsabbli: BUDG opinjoni: LIBE
- Annika Bruna. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-farms tad-demm fl-Iżlanda (B9-0472/2022) irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI