7.8. Bilanċ bejn il-ġeneri fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpanniji kkwotati fil-borża ***II (votazzjoni)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn il-ġeneri fost diretturi ta' kumpanniji kkwotati u miżuri relatati [10521/1/2022 - C9-0354/2022 - 2012/0299(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteurs: Lara Wolters u Evelyn Regner (A9-0275/2022)
Il-President informat li, rigward il-pożizzjoni tal-Kunsill, l-ebda proposta għal rifjut u l-ebda emenda ma tressqu f'konformità mal-Artikoli 67 u 68 tar-Regoli ta' Proċedura.