L-awtoritajiet responsabbli Daniżi għarrfu li Bergur Løkke Rasmussen, Erik Poulsen u Anders Vistisen ġew eletti fil-Parlament Ewropew u se jieħdu post Søren Gade, Linea Søgaard-Lidell u Peter Kofod rispettivament mid-data tat-22 ta' Novembru 2022.
Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Bergur Løkke Rasmussen, Erik Poulsen et Anders Vistisen jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.