6. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 112 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà ta' settijiet ta' data u servizzi ġeografiċi (D077188/01 - 2022/2926(RPS) - skadenza: 7 ta' Frar 2023) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-1-metil-3-(trifluworometil)-1H-pirażol-4-karbossammid (PAM), għaċ-ċiklossidim, għaċ-ċiflumetofen, għaċ-ċiflutrin, għall-metobromuron u għall-pentijopirad f'ċerti prodotti jew fuqhom (D080706/03 - 2022/2944(RPS) - skadenza: 11 ta' Jannar 2023) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-abamektina f'ċerti prodotti jew fuqhom (D081427/03 - 2022/2942(RPS) - skadenza: 11 ta' Jannar 2023) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-inklużjoni ta' 2-idrossi-4-metossibenżaldeid fil-lista tal-Unjoni tal-aromatizzanti (D084425/02 - 2022/2963(RPS) - skadenza: 17 ta' Jannar 2023) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Direttiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' 2-metilossolan (D084607/02 - 2022/2938(RPS) - skadenza: 10 ta' Jannar 2023) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-arseniku f’ċerti oġġetti tal-ikel (D084673/02 - 2022/2937(RPS) - skadenza: 10 ta' Frar 2023) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu ta' karbomeru fis-supplimenti tal-ikel (D084677/02 - 2022/2946(RPS) - skadenza: 16 ta' Jannar 2023) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu tal-glikosidi tal-istevjol glukosilati bħala sustanza li tagħti l-ħlewwa (D084713/02 - 2022/2945(RPS) - skadenza: 16 ta' Jannar 2023) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI