"Sabiex jiġi determinat jekk messaġġ jikkostitwixxix reklamar politiku skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2)(b), għandhom jitqiesu l-karatteristiċi kollha tiegħu, u b'mod partikolari dan li ġej: (a) il-kontenut tal-messaġġ; (b) l-isponsor tal-messaġġ; (c) il-lingwa mitkellma jew miktuba użata biex jitwassal il-messaġġ; (d) il-forma tal-messaġġ jew il-mezzi li bihom il-messaġġ jiġi mħejji, imqiegħed, promoss, ippubblikat, imwassal jew disseminat; (e) l-udjenza fil-mira; (f) il-kuntest li fih jitwassal il-messaġġ, inkluż il-perjodu ta' disseminazzjoni bħal perjodi elettorali jew ta' referendum, jew disseminazzjoni tal-messaġġ waqt proċess leġiżlattiv jew regolatorju; (g) l-objettiv tal-messaġġ."
it-tieni parti
"Il-Kummissjoni għandha tfassal gwida komuni intiża biex tikkontribwixxi għall-applikazzjoni xierqa ta' dan l-Artikolu."
ECR:
emenda 3
l-ewwel parti
"Il-ħtieġa li tiġi żgurata t-trasparenza hija għan pubbliku leġittimu, f'konformità mal-valuri kondiviżi mill-UE u mill-Istati Membri tagħha skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE"). Mhux dejjem ikun faċli li ċ-ċittadini jirrikonoxxu r-reklamar politiku u jeżerċitaw id-drittijiet demokratiċi tagħhom b'mod infurmat. Barra minn hekk, l-interferenza dejjem aktar sofistikata u intensa minn atturi barranin malizzjużi fil-proċessi elettorali demokratiċi tagħna permezz tat-tixrid tad-diżinformazzjoni jenħtieġ li tiġi indirizzata. Ir-reklamar politiku jista' jkun vettur ta' diżinformazzjoni, b'mod partikolari fejn ir-reklamar ma jiżvelax in-natura politika tiegħu, meta jkun ġej minn sponsors barra mill-Unjoni jew fejn ikun immirat jew amplifikat. Hemm bżonn ta' livell għoli ta' trasparenza, fost l-oħrajn, biex jiġu appoġġati dibattitu politiku miftuħ u ġust, kampanji politiċi u elezzjonijiet jew referenda ħielsa u ġusti u biex jiġu miġġielda d-diżinformazzjoni u l-interferenza mhux skont il-liġi, inkluż minn pajjiżi terzi."
it-tieni parti
"It-trasparenza tar-reklamar politiku tikkontribwixxi biex tippermetti lill-votanti u lill-individwi b'mod ġenerali jifhmu aħjar meta jkunu qed jiġu ppreżentati b'reklam politiku, f'isem min ikun qed isir ir-reklamar, kif ukoll kif u għalfejn qed ikunu fil-mira ta' fornitur tas-servizzi ta' reklamar, sabiex il-votanti jkunu f'pożizzjoni aħjar biex jagħmlu għażliet infurmati."
emenda 16
l-ewwel parti
"Evidenza solida turi li atturi barranin kienu qed jinterferixxu b'mod attiv fil-funzjonament demokratiku tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, partikolarment matul il-perjodi ta' elezzjonijiet u referenda. Meta wieħed iqis li l-interferenzi barranin jikkostitwixxu ksur serju tal-valuri u l-prinċipji li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, u barra minn hekk, l-interferenzi barranin, il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u d-diżinformazzjoni huma abbuż tad-drittijiet fundamentali tal-espressjoni u l-informazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 11 tal-Karta u jheddu lil dawn il-libertajiet filwaqt li jdgħajfu l-proċessi demokratiċi fl-UE u l-Istati Membri tagħha, bħal li jsiru elezzjonijiet ħielsa u ġusti, hemm bżonn li jittieħdu miżuri xierqa biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni u jipprevjenu tali interferenzi permezz ta' reklami sponsorjati minn atturi minn barra l-Unjoni."
it-tieni parti
"Biex jiġi appoġġat l-infurzar tar-regoli nazzjonali dwar l-interferenza esterna fl-elezzjonijiet, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li r-reklamar politiku sponsorjat, imħejji, imqiegħed, promoss, ippubblikat, imwassal jew disseminat fl-Unjoni, jew dirett lejn individwi fi Stat Membru wieħed jew aktar, irrispettivament mill-post fejn ikunu stabbiliti l-fornituri tas-servizzi, ikun disponibbli biss għall-isponsors li jkunu ċittadini tal-Unjoni u għall-fornituri tas-servizzi li jaġixxu f'isem tali sponsors, apparti mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrisjedu fl-Unjoni jew li jkunu stabbiliti fl-Unjoni. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-post tal-istabbiliment ta' sponsor, jenħtieġ li jitqies il-post tal-istabbiliment ta' entitajiet li fl-aħħar mill-aħħar jikkontrollaw l-isponsor."
9. Reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej
Rapport: Dennis Radtke (A9-0295/2022) (Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament meħtieġa għall-adozzjoni tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni)
it-test kollu minbarra l-kliem: "kif ukoll il-livell rilevanti ta' ġestjoni u rappreżentanza li tinvolvi"
it-tieni parti
dan il-kliem
Anness, Artikolu 1, § 4
l-ewwel parti
it-test kollu minbarra l-kliem: "direttament jew indirettament"
it-tieni parti
dan il-kliem
Anness, Artikolu 1, § 4a
l-ewwel parti
it-test kollu minbarra l-kliem: "u l-livell ta' mmaniġġjar u rappreżentazzjoni involuti" u "irrispettivament min-numru ta' Stati Membri involuti"
it-tieni parti
"u l-livell ta' mmaniġġjar u rappreżentazzjoni involuti"
it-tielet parti
"irrispettivament min-numru ta' Stati Membri involuti"
Anness, Artikolu 5, § 6
l-ewwel parti
it-test kollu minbarra l-kliem: "apparti rappreżentant ta' organizzazzjoni ta' trade unions rikonoxxuta fil-livell tal-Unjoni"
it-tieni parti
dan il-kliem
Anness, Artikolu 5a
l-ewwel parti
it-test kollu minbarra l-kliem: "In-numru ta' membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u l-pożizzjonijiet tal-kumitat magħżul meqjusa meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu l-eqreb numru għall-proporzjon ta' 40 %, iżda ma jaqbiżx id-49 %."
it-tieni parti
dan il-kliem
Anness - Artikolu 8, § 1
l-ewwel parti
it-test kollu minbarra l-kliem: "Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew li jiżvelaw informazzjoni lill-kunsilli tax-xogħol nazzjonali jew lokali li tista' taffettwa s-sitwazzjoni tal-ħaddiema fejn tali informazzjoni tkun ġiet ipprovduta lilhom b'mod kunfidenzjali u tkun soġġetta għar-regoli nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità."
it-tieni parti
dan il-kliem
Anness, Artikolu 9
l-ewwel parti
it-test kollu minbarra l-kliem: "apparti rappreżentant ta' organizzazzjoni ta' trade unions rikonoxxuta fil-livell tal-Unjoni."
it-tieni parti
dan il-kliem
Anness, Anness I, punt 6
l-ewwel parti
it-test kollu minbarra l-kliem: "apparti rappreżentant ta' organizzazzjoni ta' trade unions rikonoxxuta fil-livell tal-Unjoni"
it-tieni parti
dan il-kliem
ID:
§ 6
l-ewwel parti
"Jiddispjaċih ferm li r-riżorsi finanzjarji, materjali u legali meħtieġa biex l-EWCs ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom b'mod xieraq mhux dejjem jiġu pprovduti mill-maniġment ċentrali" jinsab imħasseb dwar id-diffikultajiet tal-EWCs li jiksbu aċċess għall-appoġġ finanzjarju pprovdut mill-Kummissjoni u jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li tiġi ffaċilitata l-proċedura ta' applikazzjoni u li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi kollha għall-aċċess għal dan il-finanzjament;"
it-tieni parti
"jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/38/KE u tippreżenta proċeduri ta' ksur fejn xieraq;"
§ 16
l-ewwel parti
"Jisħaq li f'każijiet ta' nuqqas ta' qbil dwar jekk issirx proċedura ta' informazzjoni jew konsultazzjoni, hemm nuqqas ta' gwida dwar kif jiġu solvuti l-effetti negattivi attwali fuq l-EWCs u r-rappreżentanti tal-ħaddiema;"
it-tieni parti
"jenfasizza, għalhekk, il-valur miżjud li l-inizjattivi tal-Unjoni jista' jkollhom fl-għoti ta' tali gwida;"
§ 21
l-ewwel parti
"Jenfasizza l-importanza li l-EWCs ikollhom aċċess għall-qrati jew għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tax-xogħol; jiddeplora l-fatt li l-EWCs jesperjenzaw ostakli biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' informazzjoni u konsultazzjoni kif definit fid-Direttiva 2009/38/KE;"
it-tieni parti
"jiddispjaċih li f'xi Stati Membri l-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jipprovdu pariri jew biex jisimgħu jew jiddeterminaw tilwim relatat mal-EWC ma għandhomx l-għarfien espert fil-kwistjonijiet previsti f'dik id-Direttiva; itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jiżguraw proċedimenti amministrattivi u legali ffaċilitati għal aċċess effettiv għall-ġustizzja għall-EWCs u l-korpi speċjali tan-negozjati u għall-ispeċifikazzjoni tal-istatus legali, inkluż l-għoti ta' personalità legali, tal-EWCs u tal-Korpi Speċjali tan-Negozjati, bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni;"
Renew, ID:
Anness, Artikolu 11, § 2
l-ewwel parti
it-test kollu minbarra l-kliem: "L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri ġudizzjarji effettivi, li jistgħu jiġu aċċessati fil-ħin, biex japplikaw għas-sospensjoni temporanja tad-deċiżjonijiet tal-maniġment ċentrali u jtemmuha, inkluża l-possibbiltà li tintalab inibizzjoni preliminari għal din is-sospensjoni, fejn tali deċiżjonijiet jiġu kkontestati fuq il-bażi li kien hemm ksur tar-rekwiżiti ta' informazzjoni u konsultazzjoni taħt din id-Direttiva jew taħt ftehimiet konklużi skontha. L-effetti tad-deċiżjonijiet ikkontestati fuq kuntratti ta' impjiegi jew relazzjonijiet ta' impjiegi tal-impjegati affettwati għandhom jiġu sospiżi kif xieraq";
it-tieni parti
dan il-kliem
Anness, Artikolu 11, § 3
l-ewwel parti
it-test kollu minbarra l-kliem: "Il-maniġment ċentrali għandu jġorr il-kostijiet ġudizzjarji mġarrba fit-twettiq tal-proċeduri, il-kostijiet tar-rappreżentanza legali u l-kostijiet sussidjarji bħall-ispejjeż ta' sussistenza u tal-ivvjaġġar għal mill-inqas rappreżentant wieħed tal-impjegati."
"Itenni t-talba tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex isaħħu l-iżolament internazzjonali tal-Federazzjoni Russa"
it-tieni parti
"inkluż fir-rigward tas-sħubija tagħha f'organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali, biex iżommu lura milli jorganizzaw kwalunkwe avveniment formali fit-territorju tal-Federazzjoni Russa u biex ikeċċu ambaxxaturi Russi mill-bliet kapitali tal-UE, filwaqt li jnaqqsu l-livell ta' relazzjonijiet diplomatiċi ma' Moska;" minbarra l-kliem "biex ikeċċu ambaxxaturi Russi mill-bliet kapitali tal-UE"
it-tielet parti
"biex ikeċċu ambaxxaturi Russi mill-bliet kapitali tal-UE"
Varji
Michael Gahler ressaq l-emenda orali li ġejja bil-għan li jiżdied paragrafu ġdid wara l-paragrafu 25:
“Jikkundanna d-deċiżjoni reċenti tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali li jippermetti lill-atleti Russi u Belarussi jikkompetu fi kwalifiki għal-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024 taħt bandiera newtrali, li tmur kontra l-iżolament multidimensjonali ta’ dawk il-pajjiżi u se tintuża miż-żewġ reġimi għall-finijiet ta’ propaganda;”