Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 11k
It-Tnejn, 13 ta' Marzu 2023 - Strasburgu

12. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji tad-dati ta' Marzu I 2023 (PE 744.002/PDOJ) tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Membri skont l-Artikolu 157(3) tar-Regoli ta' Proċedura.

Talbiet għal modifiki għall-abozz definittiv tal-aġenda skont l-Artikolu 158(1), tar-Regoli ta' Proċedura:

Bil-qbil tal-gruppi politiċi:

It-Tnejn

Wara l-oppożizzjoni ta' grupp politiku skont l-Artikolu 118(6), tar-Regoli ta' Proċedura, id-dibattitu dwar ir-rapport Urmas Paet (A9-0045/2023) dwar "Il-funzjonament tas-SEAE u UE aktar b'saħħitha fid-dinja" (punt 62 tal-PDOJ) ġie miżjud bħala l-aħħar punt fl-aġenda. Għaldaqstant, is-sessjoni se tiġi estiża sal-23.00.

L-iskadenzi għat-tressiq li ġejjin ġew stabbiliti:

- emendi: it-Tlieta 14 ta' Marzu 2023 f'12.00
- talbiet ta' votazzjonijiet separati u talbiet ta' votazzjonijiet maqsuma: it-Tlieta 14 ta' Marzu 2023 fis-19.00.

It-Tlieta

Il-votazzjoni dwar ir-rapport Lena Düpont (A9-0247/2022) dwar "L-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi" (punt 22 tal-PDOJ) ġiet posposta għall-Erbgħa.

It-titolu tad-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar l-"Adozzjoni prevista tal-liġi dwar l-influwenza barranija fil-Georgia" (punt 76 tal-PDOJ) ġie modifikat għal "Is-sitwazzjoni fil-Georgia".

It-titolu tad-dikussjoni konġunta "Brexit" ġie modifikat għal "Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit".

L-Erbgħa

It-titolu tad-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "It-tħejjija tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Marzu 2023" (punt 49 tal-PDOJ) ġie modifikat għal "Il-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta' Frar u t-tħejjija tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Marzu 2023".

Id-dibattitu dwar il-mistoqsija għal tweġiba orali dwar "Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fl-UE - id-direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni li ilha mistennija" (punt 80 tal-PDOJ) se jiġi konkluż bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li jitressqu għall-votazzjoni matul is-sessjoni parzjali ta' April.

Il-Parlament approva l-proposti.

Talbiet għal modifiki oħrajn:

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp PPE biex tiddaħħal, bħala t-tieni punt fl-aġenda ta' waranofsinhar, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Il-falliment tas-Silicon Valley Bank u l-implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja fl-Ewropa".

Intervent ta': Markus Ferber f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba.

B'VSI (373 vot favur, 6 kontra, 5 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talba.

Talba tal-Grupp Renew biex jiddaħħlu, bħala t-tieni punt fl-aġenda ta' waranofsinhar, dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "It-tisħiħ tad-difiża tal-UE fil-kuntest tal-gwerra fl-Ukrajna: it-tħaffif tal-produzzjoni u tal-konsenji tal-armi u l-munizzjon lill-Ukrajna".

Intervent ta': Nathalie Loiseau f'isem il-Grupp Renew, li ġġustifikat it-talba.

B'VSI (315-ilvot favur, 41 kontra, 20 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

Talba tal-Grupp ID biex tiddaħħal, bħala t-tieni punt fl-aġenda ta' waranofsinhar, dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Il-fatt li huwa essenzjali li terġa' titqajjem il-kwistjoni b'rabta mad-deċiżjoni tal-projbizzjoni, sal-2035, tal-bejgħ ta' vetturi ġodda b'magni termali".

Interventi ta': Jean-Lin Lacapelle f'isem il-Grupp ID, li ġġustifika t-talba u Jens Gieseke kontra.

B'VSI (73 vot favur, 295 kontra, 7 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Intervent ta': Yannick Jadot.

Talba tal-Grupp The Left biex tiddaħħal, bħala t-tielet punt f-aġenda ta' waranofsinhar, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Il-ħtieġa ta' riforma immedjata tar-regoli interni tal-Kummissjoni biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-obbligu tar-rendikont fid-dawl tal-allegazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess".

Talba tal-Grupp Verts/ALE bl-għan li jingħalaq dan l-istess dibattitu bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li jitressqu għall-votazzjoni matul is-sessjoni parzjali ta' Marzu II.

Interventi ta': Manon Aubry f'isem il-Grupp The Left, u Daniel Freund f'isem il-Grupp Verts/ALE, biex jippreżentaw it-talbiet tal-gruppi rispettivi tagħhom.

Intervent ta': Stéphane Séjourné f'isem il-Grupp Renew, kontra t-talba tal-Grupp Verts/ALE.

B'VSI (354 vot favur, 15 kontra, 6 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talba tal-Grupp The Left.

B'VSI (167 vot favur, 194 kontra, 9 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba tal-Grupp Verts/ALE.

Talba tal-Grupp ECR bl-għan li t-titolu tad-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "L-attiviżmu tan-nisa – difensuri tad-drittijiet tan-nisa b'rabta mas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati (SRHR)" (punt 59 tal-PDOJ) jiġi modifikat għal "L-attiviżmu tan-nisa, b'rabta mas-saħħa sesswali u riproduttiva, fil-kuntest tad-drittijiet tal-bniedem".

Intervent ta': Margarita de la Pisa Carrión f'isem il-Grupp ECR, li ġġustifikat it-talba.

B'VSI (157 vot favur, 210 kontra, 7 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Grupp ECR biex tiddaħħal, bħala t-tmien punt fl-aġenda ta' waranofsinhar, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Każ ta' korruzzjoni skandaluż fl-użu ħażin ta' fondi tal-UE minn Deputati tal-PSOE biex jitnaqqssu s-sanzjonijiet għal approprjazzjoni indebita ta' fondi pubbliċi fi Spanja".

Intervent ta': Margarita de la Pisa Carrión f'isem il-Grupp ECR, li ġġustifikat it-talba.

B'VSI (166 vot favur, 204 kontra, 3 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Ġunju 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza