Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2021/0202(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

A9-0045/2022

Dibattiti :

PV 04/04/2022 - 15
CRE 04/04/2022 - 15
PV 13/03/2023 - 15
CRE 13/03/2023 - 15

Votazzjonijiet :

PV 05/04/2022 - 7.6
CRE 05/04/2022 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 14/03/2023 - 7.8

Testi adottati :

P9_TA(2022)0101
P9_TA(2023)0067

Minuti
XML 12k
It-Tnejn, 13 ta' Marzu 2023 - Strasburgu

15. It-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri (Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi) ***I - L-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) ***I - Reviżjoni tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq għas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet ***I (dibattitu)
Rapporti Verbatim

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi [COM(2021)0555 - C9-0321/2021 - 2021/0200(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel. Rapporteur: Jessica Polfjärd (A9-0163/2022)

L-ewwel dibattitu sar fid-data 7 ta' Ġunju 2022 (punt 7 tal-minuti tad-data 7.6.2022).

L-ewwel votazzjoni saret fid-data 8 ta' Ġunju 2022 u l-kwistjoni ġiet riferuta lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura (punt 8.6 tal-minuti tad-data 8.6.2022).

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-konformità, l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030 u l-impenn għall-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura, u (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami [COM(2021)0554 - C9-0320/2021 - 2021/0201(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel. Rapporteur: Ville Niinistö (A9-0161/2022)

L-ewwel dibattitu sar fid-data 7 ta' Ġunju 2022 (punt 7 tal-minuti tad-data 7.6.2022).

L-ewwel votazzjoni saret fid-data 8 ta' Ġunju 2022 u l-kwistjoni ġiet riferuta lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura (punt 16.2 tal-minuti tad-data 8.6.2022).

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 fir-rigward tal-ammont ta' kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2030 [COM(2021)0571 - C9-0325/2021 - 2021/0202(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel. Rapporteur: Cyrus Engerer (A9-0045/2022)

L-ewwel dibattitu sar fid-data 4 ta' April 2022 (punt 15 tal-minuti tad-data 4.4.2022).

L-ewwel votazzjoni saret fid-data 5 ta' April 2022 u l-kwistjoni ġiet riferuta lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura (punt 7.6 tal-minuti tad-data 5.4.2022).

Jessica Polfjärd, Ville Niinistö u Cyrus Engerer ippreżentaw ir-rapporti.

Intervent ta': Norbert Lins (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI).

Intervent ta': Frans Timmermans (Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Henna Virkkunen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Mauri Pekkarinen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Angel Dzhambazki (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Vlad-Marius Botoş (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Peter Liese f'isem il-Grupp PPE, Javi López f'isem il-Grupp S&D, Nils Torvalds f'isem il-Grupp Renew, Margrete Auken f'isem il-Grupp Verts/ALE, Anna Zalewska f'isem il-Grupp ECR, Silvia Sardone f'isem il-Grupp ID, Silvia Modig, f'isem il-Grupp The Left, Edina Tóth Membru mhux affiljata, Radan Kanev, Delara Burkhardt, li rrifjuta wkoll intervent "karta blu" ta' Bogdan Rzońca, Martin Hojsík, li wieġeb ukoll għal intervent "karta blu" ta' Bogdan Rzońca, Michael Bloss, Bert-Jan Ruissen, Catherine Griset, Marina Mesure, Maria Angela Danzì, Cristian-Silviu Buşoi, Heléne Fritzon, Emma Wiesner, Nicolae Ştefănuță, Zbigniew Kuźmiuk, Laura Huhtasaari u João Pimenta Lopes.

PRESIDENZA: Marc ANGEL
Viċi President

Interventi ta': Achille Variati, Elsi Katainen, Pär Holmgren, Ivan David, Bas Eickhout u Thomas Waitz.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Mick Wallace u Clare Daly.

Interventi ta': Frans Timmermans, Jessica Polfjärd u Ville Niinistö.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 7.6 tal-minuti tad-data 14.3.2023, punt 7.7 tal-minuti tad-data 14.3.2023 u punt 7.8 tal-minuti tad-data 14.3.2023.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Ġunju 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza