Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 2k
L-Erbgħa, 29 ta' Marzu 2023 - Brussell

8. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)
Rapporti Verbatim

Il-kumitati responsabbli ddeċidew li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali skont l-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, abbażi tar-rapporti segwenti:

- Kumitat JURI - Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali u s-sostituzzjoni tad-Direttiva 2008/99/KE (COM(2021)0851 - C9-0466/2021 – 2021/0422(COD)) - Rapporteur: Antonius Manders (A9-0087/2023);

- Kumitat AGRI - Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 fir-rigward tal-bdil tan-Network dwar Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola f'Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli (COM(2022)0296 - C9-0206/2022 – 2022/0192(COD)) - Rapporteur: Jérémy Decerle (A9-0075/2023).

Jista' jintalab li jittieħed vot fuq dawn id-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura qabel nofsillejl ta' għada, 30 ta' Marzu 2023.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni dwar id-deċiżjonijiet meħuda għal dħul f'negozjati.

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Lulju 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza