Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 1k
L-Erbgħa, 29 ta' Marzu 2023 - Brussell

9. Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura
Rapporti Verbatim

Il-President informat lill-Parlament, skont l-Artikolu 236(3) tar-Regoli ta' Proċedura dwar l-interpretazzjoni li ġejja tal-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat AFCO, li ġie kkonsultat dwar l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni:

"L-Artikolu 216(1) ma jimpedix lill-kumitat kompetenti milli jippermetti l-parteċipazzjoni remota ta' Membru konċernat għal smigħ bil-magħluq tal-immunità, f'konformità mal-prinċipji li l-kumitat ikun stabbilixxa skont l-Artikolu 9(13), jekk dak il-Membru, għal raġunijiet ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u oġġettivi, ma jkunx jista' jipparteċipa personalment għas-smigħ."

Jekk din l-interpretazzjoni ma tiġix ikkontestata minn grupp politiku jew minn għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu minimu inferjuri, bi qbil mal-Artikolu 236 (4) tar-Regoli ta' Proċedura, fi żmien 24 siegħa wara li tkun tħabbret, għandu jitqies li ġiet adottata. Jekk le, titressaq għall-votazzjoni tal-Parlament.

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Lulju 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza